Chris Fearne jitkellem dwar il-prijoritajiet tiegħu jekk jinħatar mexxej tal-PL ... jitkellem anke dwar l-immigrazzjoni

  • Diċ 14, 2019 10:38
  • Miktub minn iNews

    Waqt Konferenza tal-aħbarijiet dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-ewwel mitt jum jekk jinħatar mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta, Chris Fearne tkellem għaxar punti li jekk kemm-il darba jintgħażel biex imexxi l-partit se jkun qiegħed jiftaħ fuqhom.

    -Tkellem dwar il-Governanza. Tkellem dwar konferenza tas-saltna tad-dritt mifruxa fuq ġranet bil-parteċipazzjoni tal-Gvern, l-Oppożizzjoni, il-partiti politiċi, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u istituzzjonijiet.

    -Rigward is-suċċessi, Fearne qal li għandu jitkompla l-mudell ta’ tkabbir ekonomiku li kien hawn fl-aħħar snin, iżda b’aktar trasparenza u b’meritokrazija. Qal li t-tkomplija tas-suċċessi tinkludi wkoll li nżommu s-servizzi tas-saħħa fost l-aqwa għaxra fl-Ewropa.

    -Fearne qal li jekk jinħatar Prim Ministru se jkun qiegħed iħabbar proġett ambizzjuż li jagħti importanza l-ambjent b'mod speċjali fejn jidħlu spazji kreattivi.

    -Rigward ir-ruħ soċjali, Fearne qal li jekk kemm-il darba jinħatar hu bħala mexxej ġdid se jkun qiegħed jara li jiġi attwat dak li saħqet fuqu l-GWU; l-istess paga għal dawk li jagħmlu l-istess xogħol. Qal li jeħtieġ li jkun assigurat li ħaddiema tal-gvern u ħaddiema tal-kuntrattur ikunu qegħdin igawdu mill-istess kundizzjonijiet biex titjieb il-faxxa importanti tas-soċjetà u jingħeleb il-faqar. Fearne qal li l-pensjonijiet se jkunu wkoll punt importanti fit-tmexxija tiegħu.

    -Dwar l-immigrazzjoni u ħaddiema barranin Fearne qal li l-infrastruttura jeħtieġ li titjieb b’tali mod li tkun tiflaħ għall-popolazzjoni. Rigward L-immigrazzjoni Fearne qal li minkejja li jeħtieġ li nuru qalb tajba, ma jistax ikun li pajjiżna jżomm id soda għax ma jistax ikun li pajjiżna jsolvi l-problema tal-Ewropa kollha.

    -Tkellem ukoll dwar proġetti ġodda tal-Housing.

    -Tkellem ukoll dwar trasport aktar nadif u b’mod aktar effiċjenti. Dwar il-mina ta’ Għawdex huwa qal li beħsiebu jkompli jaħdem fuqu għax jemmen li huwa proġett importanti ħafna. 

    -Tkellem dwar post pajjiżna fl-Ewropa, Fearne qal li jeħtieġ li niksbu lura r-reputazzjoni ta’ pajjiżna minkejja l-ħsara li saritilha fl-aħħar xhur. Qal li din jeħtieġ titla fuq il-pedestall li jixirqilha.

    -Dwar il-kwalità tal-ħajja huwa qal li l-flus huma importanti imma rridu naraw li ntejbu t-toroq tagħna, is-saħħa, l-edukazzjoni b’sistema ta’ lifelong learning. Qal li dan kollu flimkien ma’ ħafna aktar irridu nagħmlu pajjiż li tħossok kburi li tgħix fih.

    -Finalment huwa qal li PL immexxi minnu se jassigura li l-istess partit ikompli jissaħħaħ biex ikun parteċipi fit-tfassil tal-politika tal-pajjiż u jagħmel distinzjoni bejn gvern u partit. Qal li se jkun qiegħed jassigura l-parteċipazzjoni ta’ aktar nisa u aktar żagħażagħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0