Kampjonat Premier: Tliet players imkeċċija

  • Diċ 13, 2019 20:50
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Hibernians......... 2

    Gzira United...... 0

    Hibernians għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-0 biex daħlu fit-taq­tiegħa għar-rebħ tal-kampjonat. 

    Iżda dan il-konfront kien imtappan biex tliet tkeċċijiet - tnejn għal Gzira u waħda għal Hibernians.

    L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fis-seba’ minuta meta x-xutt ta’ Imanol Iriberri, sab lill-goalkeeper ta’ Gzira, Justin Haber, ferm attent.

    Erba’ minuti wara kien tentattiv ta’ Juan Corbolan minn barra l-kaxxa, li għadda ftit barra. Fis-17-il minuta il-goalkeeper Haber salva b’diffikultá xutt ta’ Joseph Mbong minn pożizzjoni angolata.

    Sitt minuti wara Hamed Kone kkrossja lejn Gianmarco Conti fil-kaxxa, iżda  l-player Taljan ma rnexxilux jikkontrolla minn qagħda tajba. Minuta wara xutt ta’ Terence Groothusen għadda ftit għoli fuq il-mimduda.

    Fit-37 minuta, il-Pawlisti spiċċaw jilagħbu b’għaxar players meta r-referee, Matthew Degabriele, wera l-karta l-ħamra lil Bjorn Kristensen. 

    Fit-42 minuta,  Hamed Ko­ne xeħet lejn Jefferson fil-kaxxa, iżda l-goalkeeper Jovicic kien pront antiċipa qabel l-at­takkant Brażiljan seta’ jkun ta’ periklu.

    Fit-53 minuta, il-Maroons spiċċaw jilagħbu b’10 players ukoll meta Jefferson de Assis intwera it-tieni karta safra għal daħla xejn kumplimentuza fuq Leandro da Silveira.

    Fid-59 minuta, il-Pawlisti fetħu l-iskor meta minn corner ta’ Izquier, id-difiża ta’ Gzira naqset li tikklerja u b’xutt djagonali ANDREI AGIUS tefa’ fix-xibka.

    Fit-68 minuta, is-sitwaz­zjoni għall-Maroons kompliet tikkomplika ruħha meta spiċċaw jilagħbu b’disa’ players wara li  Fernando Barbosa intwera it-tieni karta safra.

    Fil-71 minuta f’kon­trat­takk veloċi Jake Grech ikkrossja lejn Iriberri li minn pożizzjoni ċentrali ġiegħel lil Haber idawwar f’corner.

    Fid-79 minuta, is-sostitut JURGEN DEGABRIELE is­siġġilla r-rebħa Pawlista meta wara azzjoni personali fajjar xutt fis-saqaf tax-xibka.

    Fil-ħin miżjud ir-referee ordna penalty favur Gzira meta Jens Wemmer mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda l-goalkeeper Jovicic laqa’ xutt ta’ Amadou Samb mill-11-il metru.

    HIBERNIANS: 61-Marko Jovicic, 3-Ferdinando Apap, 6-Leandro Da Silva, 7-Joseph Essien Mbong, 8-Jake Grech (10-Jurgen Degabriele 78), 9-Terence Groothusen (4-Jens Wemmer 73), 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella, 18-Gabriel Izquier Artiles, 20-Andrei Agius, 32-Imanol Iriberri (21-Myles Beerman 89) - Coach: Stefano Sanderra

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 4-Fernando Barbosa, 5-Gianmarco Conti, 6-Nikolai Muscat, 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares (13-Clifford Gatt Baldacchino 48), 11-Juan Carlos Corbalan, 21-Hamed Kone, 77-Amadou Samb, 87-Arthur Oyama, 94-Jefferson de Assis - Coach: Giovanni Tedesco

    REFEREE: Matthew Degabriele

    ASS. REFEREES:Alan Ca­milleri, Ivan Galea

    RABA’ UFF: Eman Grech

    SKORERS:A. Agius 59, J. Degabriele 79 (H)

    AMMONITI:L. Da Silva, A. Agius (H), J. De Assis, F. Barbosa, J. Corbolan (G)

    TKEĊĊEW:B. Kristensen 37 (H),  J. De Assis 53,  F. Barbosa 68 (GU)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Andre Agius (Hibernians)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook