It-temp xejn ma kien ta' għajnuna għal GO. Għaddejja ħidma intensiva biex is-servizz jerġa' lura kemm jista' jkun malajr

  • Diċ 13, 2019 20:30
  • Miktub minn iNews

    Il-kumpanija Go qed tavża lil klijenti tagħha li s-servizz inqata’ f’xi nħawi minħabba kuntrattur ta’ terzi li għamel ħsara fil-fibre network fiż-Żejtun. Qalet li l-qtugħ fis-servizz huwa relatat l-iktar mal-internet u l-mowbajl.

    Il-klijenti affettwati minn din il-ħsara huma dawk fiż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, Bulebel, l-Isla, Bormla, il-Birgu , il-Gudja, il-Fgura , Ħal Għaxaq, Ħal Far, Ħal-Farruġ, Ħal Luqa, il-qasam industrijali tal-Marsa, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi.Waqt li talbet apoloġija għall-inkonvenjent, il-kumpanija qalet li t-tim tekniku tagħha qed jagħmel ħiltu biex is-servizz jirritorna għan-normal iżda l-ħin biex isiru dawn it-tiswijiet għadu qed jiġi evalwat.

    Intant fi stqarrija li segwiet il-kumpanija qalet li l-kundizzjonijiet tat-temp xejn ma’ għenu f’din il-ħidma biex isiru t-tiswijiet tant li qabel beda x-xogħol kellu jitneħħa xi ilma.
    Il-kumpanija spjegat li minkejja li tifhem dwar il-konsegwenzi ta’ dan kollu tajjeb li l-klijenti jifhem li din it-tiswija fuq numru ta’ cables tieħu l-ħin minħabba li kull cable jikkonsisti minn mijiet ta’ fibres li huma delikati ħafna u jridu jitpoġġew b’delikatezza kbira biex ma jkunx hemm aktar kumplikazzjonijiet.
    Jidher li s-servizz mistenni jibda jirritorna f’xi lokalitajiet fis-sigħat li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0