Attivitajiet mil-lum mill-ASMK

  • Diċ 13, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews

    Fi tmiem din il-ġimgħa l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun waħda impenjattiva. Illum, 13 ta’ Diċembru, l-ASMK se tkompli bil-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2019/20 u l-Ħadd se tkompli bil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/2020.

    L-attivitá tal-Motocross tibda fl-10.00 am u se ssir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċ­jazzjoni f’Ta’ Qali, iżda l-Enduro ta’ nhar il-Ħadd se tiġi organizzata fil-Barriera tal-Fawwara u tibda fl-10.00 am.

    Intant, nhar il-Ħadd li għadda, 8 ta’ Diċembru, l-Assoċjazzjoni organizzat it-tieni attivitá mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2019/2020 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. Għal din l-attivitá rreġistraw 20 karozza maqsuma f’zewġ klassijiet, dik Modified u dik Standard.

    Matul il-ġurnata kien Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova li rebaħ il-heats kollha tal-ġurnata biex mill-ewwel sab postu fil-finali Klassi A. Ma’ Pisani kkwalifikaw Karl Micallef fuq Opel Corsa, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta u Kurt Aquilina fuq Opel Corsa.

    Mat-tluq ta’ din il-finali, il-finalisti kollha ħarġu flimkien izda Micallef ħa t-tmun tat-tiġrija segwit mill-viċin minn Pisani u Grech. Il-finali kompliet billi wieħed wara l-ieħor bdew jagħmlu uzu mill-Joker Lap.

    Matul it-tielet dawra Micallef irtira min­ħabba ħsara mekkanika fir-rota ta’ quddiem u postu ħadu Grech segwit kemm minn Pisani kif ukoll minn Scicluna. L-attenzjoni daret fuq l-ewwel żewġ kompetituri li kienu qed jiġru flimkien iżda fl-aħħar dawra Grech ħa il-Joker Lap u rnexxielu jibqa’ jzomm postu. Iżda ftit qabel tmiem it-tiġrija Pisani rnexxielu jsib l-okkażjoni biex jieħu post Grech tant li r-riżultat finali spiċċa b’Pisani jirbaħ il-finali segwit minn Grech u Scicluna. Fir-raba’ post daħal Aquilina segwit minn Micallef.

    Fil-finali ta’ Klassi B il-linja tat-tluq kienet komposta minn Justin Buttigieg fuq Opel Nova, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Noel Vella fuq Ford Fiesta, Nicolai Aquilina, Karl Curmi u Gilmor Cauchi kollha fuq karozzi Opel Corsa.

    Mat-tluq ta’ din il-finali Vella ħa t-tmun f’idejh segwit minn Aquilina u Buttigieg. Fir-raba’ dawra Aquilina żviluppatlu ħsara u kellu jirtira waqt li Buttigieg avvanza pożizzjoni flimkien ma’ Birmingham.

    Dan tal-aħħar ftit qabel tmiem il-finali kellu jirtira wkoll minħabba ħsara mekkanika fil-magna biex b’hekk ir-riżultat finali spiċċa b’Vella jirbaħ segwit minn Buttigieg u Curmi. Fir-raba’ post daħal Cauchi.

    Fil-finali tal-Klassi Standard ħadu sehem tliet kompetituri. Jerom Peplow fuq Kia Avella, Joseph Micallef fuq Opel Nova u Melvin Buttigieg fuq Citroen AX. Sal-finali irnexxielhom jispiċċaw it-tiġrija Peplow u Micallef b’dan tal-aħħar rebaħ il-finali tal-ġurnata segwit minn Peplow.

    L-attivitá li jmiss bil-karozzi se issir nhar il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru. Din il-ġurnata hija waħda speċjali għall-fatt li din tkun l-aħħar attivitá tas-sena u fl-istess ġurnata ssir l-24 edizzjoni tad-Demolition Derby 2019. L-attivitá tibda fl-10.00 am u fit-3.00 pm tibda d-Demolition Derby li għaliha din is-sena irreġistraw 46 karozza.

    Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġna Facebook bl-isem  Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.

    Wieħed jista’ jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew Mobile 9942 5489.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0