Luciano Spalletti se jkompli s-sena sabbatika

  • Diċ 13, 2019 00:43
  • Miktub minn iNews

    Il-coach Luciano Spalletti mhux beħsiebu jmexxi team matul dan l-istaġun biex se jkun qed jgħaddi sena sabbatika. Minkejja li kellu offerti mingħand AC Milan u Napoli biex jieħu t-tmun ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ timijiet f’idejh, il-coach ta’ 60 sena ma jixtieqx jieħu team f’nofs staġun u għalhekk se jippjana kollox għall-bidu tal-istaġun li ġej.

    Bħalissa Spalletti qed jitħallas is-salarju tiegħu mingħand Inter peress li ġie mneħħi mill-kariga bis-suċċessur tiegħu jkun Antonio Conte. Ir-relazzjoni bejnu u bejn l-eks klabb tiegħu xejn m’huma tajbin minħabba li ħa t-tkeċċija tiegħu b’mod personali.

    Fil-karriera tiegħu ta’ coach, Spalletti mexxa wkoll lil Udinese, Roma, Zenit St Petersburg u Sampdoria fost l-oħrajn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0