Milied Mellieħi 2019

  • Diċ 12, 2019 18:42
  • Miktub minn iNews

    Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser jorganizza Milied Mellieħi mill-Ħamis, 19 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 22 ta’ Diċembru 2019 taħt tinda armata apposta fil-Pjazza tal-Mellieħa. Il-Ftuħ Uffiċjali ta’ din l-attivita’ ser isir nhar il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru fis-7.30pm ġewwa l-Knisja tal-Manikata b’kunċert vokali mill-Kor tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser jipprovdi trasport mill-Mellieħa għall-Manikata.

    Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru mis-7.00pm ‘l quddiem ser ikollna varjeta’ mużikali bis-sehem ta’ Kaya Giordano Psaila’s Choir, Future Voices, Guggen Musik Band u t-Tribute Band tal-Queen bl-isem ta’ Radio Queen. Is-Sibt, 21 ta’ Diċembru bejn 10am u n-12pm ser jiġi organizzat Party għat-tfal bejn it-3 u l-10 snin taħt it-tinda. It-tfal ser jingħataw rigal minn Father Christmas. Bejn it-3.30pm u l-4.30pm ser tiġi organizzata attivita’ għall-anzjani ġewwa Dar il-Madonna tal-Mellieħa.

    Filgħaxija mis-7.00pm ‘l quddiem ser ikollna varjeta’ mużikali fejn ser jieħdu sehem il-Kor Vuċijiet Vittorjani, Artemocion Dance and Leisure Studio, Maria Cini fuq il-Vjolin, Mark Anthony Bartolo – partecipant ta’ X-Factor u Tikka Band. Il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru – mis-6pm ‘l quddiem varjeta’ mużikali bil-parteċipazzjoni ta’ John Cutajar fuq il-pjanu, Kor tal-Għaqda Muzikali Imperial, Daniela Vella u Cassandra Scerri, Malta’s Children Choir, il-kantant popolari li ħa sehem waqt X-Factor 2018 Ben Purplle u l-Grupp JAMM bis-sehem ta’ talent lokali kif ukoll mill-kantanti Corazon u Neville.

    Milied Mellieħi 2019 Attrazzjonijiet oħra – ser ikun hemm bejgħ ta’ ikel u xorb tal-Milied minn diversi għaqdiet Melleħin, wirja ta’ presepji u krafts imtella’ mill-Art Club 2000, esebizzjoni ta’ artiġġjanat imtella’ mil-Ladies Craft Circle u u area għat-tfal fil-preżenza ta’ Father Christmas. Mill-Ġimgħa, 20 ta’ Dicembru sal-Ħadd, 22 ta’ Diċembru ser ikun hemm is-servizz ta’ Park and Ride minn Belleview Area sal-Pjazza tal-Parroċċa. Grazzi lill-isponsors kollha li għenu biex Milied Mellieħi 2019 jsir realta’. Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi għal din l-attivita’ tal-Milied organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bl-appoġġ tal-Komunita’ Melleħija. Kunsill Lokali Mellieħa

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook