Tlielaq tal-Eurosport BSJ Fleur-de-Lys ser isiru nhar il-Ġimgħa

  • Diċ 12, 2019 00:25
  • Miktub minn iNews

    Birkirkara St. Joseph  ser ikun qed jospita t-tlielaq annwali tal-Eurosport BSJ Fleur-de-Lys Road Running Races, fuq medda ta’5km u 10km nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru.  Numru rekord ta’ parteċipanti huwa mistenni li jieħdu sehem. 

    It-tellieqa, li tibda fis-7.30 ta’ filgħodu, tikkonsisti minn rotta ta’ 5km, li tkun doppja fil-każ ta’ dawk li ser jieħdu sehem fit-tellieqa tal-10km.

    It-tellieqa se tibda quddiem l-iskola tal-Gvern fi Triq Psaila u se tispiċċa fl-istess triq, iktar 'lisfel  quddiem il-Eurosport Malta.

    Ċerimonja qasira għall-Għoti tal-Premjijiet se ssir immedjatament wara fil-post tat-tellieqa.

    Atleti li rreġistraw għat-tellieqa iżda għad jridu jiġbru in-numru, kif wkoll applikazzjonijiet ġodda għandhom isiru sa’ siegħa qabel il-bidu tat-tellieqa, nhar il-Gimgħa. 

    Birkirkara St Joseph Sports Club se jkun qed jippreżenta donazzjoni għall-karità, li din is-sena ser tkun il- GBI We Cycle For Charity li tifforma parti mill-Global Biking Initiative (GBI). Din l-inizzjattiva tiġbor fondi għal karitajiet f'aktar minn tletin pajjiż. GBI Malta ngħaqdet mal-GBI Europe Cycling Event aktar kmieni fis-sena u ġabret fondi għall-Caritas Malta biex tappoġġja proġettifiċ-ĊentruTerapewtiku ta’ San Blas. 

    Birkirkara St Joseph Club Sports qed jorganizza dan l-avveniment b’kollaborazzjoni mar-Reġjun Ċentrali tal-Kunsilli Lokali u l-Eurosport.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0