Zaragoza u 41 individwu meħlusin minn akkużi ta' korruzzjoni

  • Diċ 11, 2019 11:00
  • Miktub minn iNews

    Real Zaragoza u 41 individwu ġew meħlusin minn akkużi ta’ korruzzjoni minn Qorti Spanjol għal logħba relatata ta’ tmien snin ilu minħabba li ma kienx hemm provi biżżejjed.

    Ir-rebħa 2-1 ta’ Zaragoza għand Levante fis-17 ta’ April, 2011, għenithom biex isalvaw mir-relegazzjoni bil-logħba tkun suġġetta għal skrutinju intens mill-awtoritajiet Spanjoli ta’ kontra l-korruzzjoni.

    Fost dawk ikklerjati hemm il-coach kurrenti ta’ Leganes – dak in-nhar ma’ Zaragoza – li dejjem ċaħad l-akkużi, iżda fl-2005 ġie mneħħi mit-team nazzjonali Ġappuniż għall-implikazzjoni tiegħu fl-investigazzjoni.

    Fl-2018 il-każ reġa’ infetaħ wara sentejn meta tfaċċat xhieda ġdida bir-rapporti jgħidu li sentenzi ta’ sentejn sa sitt snin mill-football huma kastigi mistennija jekk jinstabu ħatja.

    B’kollox kien hemm 43 individwu nvoluti fl-investigazzjoni nklużi l-ex captain ta’ Atletico Madrid, Gabi, il-midfielder Ander Herrera li llum jinsab ma’ Paris St-Germain, Leonardo Ponzio ta’ River Plate u l-midfielder Vicente Iborra.

    Iżda l-ex president ta’ Zaragoza, Agapito Iglesias, u l-ex direttur finanzjarju, Javier Porquera, ingħataw 15-il xahar ħabs sospiżi talli ffalsifikaw dokumenti talli ffrodaw €1.73 miljuni mill-kont tal-club għall-offerti ta’ bonses.

    Iżda huma mhux mistennija jiddaħħlu l-ħabs meta l-liġi Spanjola tgħid li min jingħata sentenza sospiża għall-ewwel offiża ma jeħilx ħabs.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0