€139,390 lil raġel li tilef il-viżta wara li ttajjar

  • Diċ 10, 2019 19:41
  • Miktub minn iNews

    Raġel li nżamm responsabbli għal inċident tat-traffiku li fih tajjar ieħor kien ordnat jagħtih €139,390 f'kumpens wara li l-vittma kważi tilef il-viżta għal kollox.

    L-inċident kien seħħ fid-9 ta' Mejju 2016 fix-Xatt ta' Lascaris fil-Belt għall-ħabta tan-12.30 p.m. meta waqt li Maged Nasrallah kien qed jaqsam it-triq safa mtajjar minn Peugeot 307 misjuqa minn Mustafa Abuseadah.

    Nasrallah fetaħ kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra Abuseadah fejn żammu responsabbli tal-ġrieħi li sofra fosthom fil-viżta u talab kumpens għad-diżabilita permanenti li sofra.

    Mill-provi li tressqu quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff irriżulta li Nasrallah niżel il-bankina biex jaqsam u x'ħin beda miexi sema ħoss ta' vettura ġejja u għalkemm ipprova jiġri biex jevitaha safa mtajjar.

    Huwa spiċċa qatta sitt ġimgħa rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei u meta qam sab li kien tilef id-dawl t'għajnejh fi kważi ż-żewġ għajnejn.

    L-Imħallef Mintoff ikkonkluda li għalkemm ma jemminx li Abuseadah kien qed isuq b'veloċita eċċessiva peress li kien qed idur ma' rawndebawt lanqas ma jemmnu meta qal li ma kellux viżwal tajjeb tal-parti tat-triq fejn kien qed jaqsam Nasrallah.

    Huwa żied li l-fatt li huwa għafas il-pedala tal-brejk wara li tajjar lill-vittma indika li ma kienx attent għax kieku kien jirnexxielu jikkontrolla l-vettura u jwaqqafha fil-ħin.

    Kien għalhekk li waqt li żammu responsabbli tal-inċident, meta ġie biex jaħdem l-ammont tal-kumpens qies li Nasrallah sofra diżabilita ġenerali ta' 25% u tilef 96% tal-viżta tant li llum juża bastun abjad u kien għalhekk li ma setax jibqa' jaħdem bħala xufier.

    L-Imħallef Mintoff għalhekk ordna lil Abuseadah biex jagħtih kumpens ta' €139,390 biex jagħmel tajjeb għall-ġrieħi li ikkaġunalu fl-inċident ta' tliet snin ilu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0