Ir-Russja sospiżi minn avvenimenti sportivi għall-erba’ snin li ġejjin

  • Diċ 09, 2019 16:59
  • Miktub minn iNews

    L-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA) ħabbret li r-Russja ġiet sospiża mill-avvenimenti kollha sportivi maġġuri għall-erba’ snin li ġejjin. B’hekk il-bandiera tar-Russja u l-innu nazzjonali Russu mhux se jkunu permessi f’avvenimenti kbar bħat-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar, l-Olimpijadi u l-Para-Olimpijadi tas-sena d-dieħla f’Tokyo u l-Olimpjadi tax-Xitwa f’Beijing fl-2022.

    Il-WADA qalet li madankollu, atleti li mhumiex imċappsa mill-iskandlu tad-doping jistgħu jikkompetu taħt bandiera newtrali.

    Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Aġenzija kontra d-doping waqt laqgħa tal-kumitat eżekuttiv f’Lausanne fl-Isvizzera.

    Dan kollu qed iseħħ wara li l-Aġenzija Russa ta’ Kontra d-Doping, Rusada, instabet li immanipulat informazzjoni maħruġa minn laboratorju f’Jannar ta’ din is-sena.

    Il-Kumitat Eżekuttiv tal-WADA ħa din id-deċiżjoni wara li kkonkluda li Moska bagħbset mal-informazzjoni tal-laboratorju, ħassret il-files u pprovdiet evidenza falza b’rabta ma’ testijiet tad-doping. Id-deċiżjoni ta’ din is-sospensjoni ttieħdet b’mod unanimu mill-kumitat.

    Ir-Russja pruvat turi lilha nnifisha bħala saħħa globali fl-isport iżda ilha fl-iskandlu tad-doping minn meta rapport ikkummissjonat mill-WADA fl-2015 sab evidenza ta’ tbagħbis fid-doping tal-atleti Russi. Il-problemi kibru minn dakinhar, b’ħafna mill-atleti tilfu l-aħħar Olimpjadi bħala kastig tad-doping sponsorizzat mill-istat fl-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2014 f’Sochi.

    Is-sanzjonijiet tal-bieraħ ġew rakkomandati mill-kumitat tar-reviżjoni tal-WADA, bħala rispons ta’ informazzjoni laboratorja pprovduta minn Moska aktar kmieni din is-sena. Waħda mill-kundizzjonijiet biex ir-RUSADA (l-aġenzija kontra d-doping tar-Russja) ddaħħlet lura, kienet li Moska trid tipprovdi kopja awtentika tal-informazzjoni tal-laboratorju. Ir-RUSADA kienet sospiża fl-2015.

    Is-sanzjonijiet ineħħu l-akkreditazzjoni tal-aġenzija. Ix-xahar li għadda, il-Ministru tal-Isport Russu Pavel Kolobkov attribwixxa d-diskrepanza fl-informazzjoni tal-laboratorju ma’ problemi tekniċi. Intant, xi uffiċjali Russi sejħu din id-deċiżjoni għal sanzjonijiet bħala inġusta u saħansitra qalu li dan hu attentat biex iżommu lura lil pajjiżhom. Jekk ir-RUSADA tappella, il-każ ikun referut lejn il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport.Il-WADA qalet li Rusada għandha 21 ġurnata biex tappella minn din id-deċiżjoni. Il-president tal-Wada, Sir Craig Reedie qal li din id-deċiżjoni turi d-determinazzjoni tal-aġenzija li tieħu azzjoni konkreta kontra l-kriżi tad-doping fir-Russja.

    Ta' nota huwa l-fatt li total ta' 168 atleta Russu ikkomete taht bandera netalii fil_log oimaiau atxtxtwa lis ar fi Pyeongchang fl-2018 wara li l-apjjiz kien sanaianat awar l-Loghb tal-2014, li kien ospita f'Sochi. Hemmhekk, l-atleti Russi kienu rebħu 33 midalja, 13 minnhom tad-deheb. Ir-Russja ilha sanzjonata milli tikkompeti bħala nazzjon sa mill-2015.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0