Riforma fis-servizzi respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar

  • Diċ 09, 2019 15:39
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis  ħabbar riforma fis-servizz respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħhom f’darhom stess. 

    Anthony Agius Decelis qal li b’investiment ta’ €500,000  fis-sena l-gvern qed jagħmel dan is-servizz iktar flessibbli biex itaffi t-tbatija tal-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani u jkollhom bżonn għajnuna ta’ carer professjonali meta għal diversi raġunijiet, bħal żjarat l-isptar jew xi sfidi oħra, ikollhom bżonn l-għajnuna fil-kura tal-anzjani li jgħixu magħhom. Qal li s-servizz ta’ respite jingħata wkoll meta min qed jieħu ħsieb l-anzjani fid-djar ikollu bżonn il-mistrieħ.

    Spjega li r-riforma bdiet titħaddem minn Ottubru li għadda bi twessigħ tas-servizzi, fejn minbarra li għadhom fis-seħħ l-iskemi preżenti, persuna li tieħu ħsieb anzjan jew anzjana fid-dar tagħha tista’ tibbenifika minn ġurnata fil-ġimgħa bil-għajuna ta’ carer bla ħlas fid-dar jew inkella żewġ nofstanhari fil-ġimgħa. Qal li dan se jfisser li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed jipprovdi 504 siegħa servizz ta’ carer bla ħlas fis-sena lil dawk il-familji li jkollhom bżonn. Ħabbar li  filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 228 familja li użaw is-servizz ta’ respite, din is-sena dan tela’ għal 283 familja, tant kemm is-servizz kien wieħed ta’ suċċess.

    Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li din ir-riforma fis-servizz ta’ respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani hi turija oħra kemm dan il-gvern ma jħalli lil ħadd jaqa’ lura u wara li jisma’ mingħand in-nies jimplimenta inizjattivi biex itejjeb il-ħajja tal-familji. Qal li s-suġġerimenti li jaslu mingħand il-familji jiġu indirizzati għax il-gvern verament jimpurtah mill-anzjani tagħna.     

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Dr Renzo De Gabriele qal li s-servizz ta’ respite jiġi pprovdut għall-familji li jieħdu ħsieb anzjani minn sittin sena ’l fuq u li huma dipendenti fuqhom, fosthom minħabba dimensja jew problemi oħra ta’ saħħa. Dr De Gabriele qal li min għandu bżonn dan is-servizz irid japplika tliet ġimgħat minn qabel biex isir l-assessjar tal-każ ħalli l-kura tingħata kif meħtieġ. Min irid japplika jista’ jagħmel dan fuq is-sit www.activeageing.gov.mt filwaqt li l-numru tat-telefon hu 2278 8800 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0