LifeCycle tiffinanzja l-ispejjeż annwali għal Traccia

  • Diċ 09, 2019 14:36
  • Miktub minn iNews

    Id-donazzjonijiet minn Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge 2019 qed jiffinanzjaw l-ispejjeż annwali tas-sena kurrenti għall-programm ta’ database li jismu Traccia, fit-Taqsima tal-Kliewi, fl-Isptar Mater Dei.

    Din hi t-tielet sena konsekuttiva li LifeCycle qed tiffinanzja lid-database u lill-programm tal-immaniġġjar tal-lista ta’ stennija ta’ pazjenti li huma active għat-trapjant tal-kliewi. Il-programm Traccia hu bbażat fuq algoritmu b’tagħrif ta’ diversi rekwiżiti u ta’ spiss ikun dejjem aktar aġġornat.  Kampjuni tad-demm jittieħdu perjodikament mingħand pazjenti, li jkunu ‘attivi’ fuq il-lista ta’ stennija għall-kliewi u flimkien ma' dejta importanti oħra, jsir l-aqwa taqbil bejn il-pazjent u l-kilwa li tkun se tingħata.

    “Dan hu avvanz fil-qasam tat-trapjant tal-organi f'Malta. Sa ftit snin ilu, l-immaniġġjar tal-lista ta’ stennija kien ikun ibbażat skont kemm il-pazjent ikun ilu jistenna. Issa li d-dinamika kollha qed tkun ikkunsidrata flimkien mal-human tissue typing, Traccia tipprovdi l-aħjar qbil possibbli, irrilevanti miż-żmien ta’ stennija biss,” qal il-Prof Emanuel Farrugia, Konsulent u Kap tat-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei.

    “L-isfida ta’ LifeCycle Challenge tiddependi mill-appoġġ tal-għotjiet ġenerużi mingħand individwi, negozji u l-isponsor tat-titlu tagħna Nescafé 3in1. Aħna niffinanzjaw l-ispejjeż operattivi ta’ dan il-programm ta’ softwer, u għalhekk hu ta’ sodisfazzjon għalina li numru ta' pazjenti rċevew trapjant tal-kliewi wara li l-kompożizzjoni tad-demm tagħhom tkun instabet li hi kompatibbli mal-organu li jkun se jingħata,” qal il-Fundatur ta’ LifeCycle Alan Curry.

    Donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz ta’ Revolut fuq 99329101 via sms: 5061 7370 = €2.33; 5061 8920 = €6.99; 5061 9229 = €11.65; or permezz ta’ telefonata lil 5160 2020 = €10, 5170 2005 = €15; and 5180 2006 = €25. Id-dettalji tas-Swift code tal-Bank huma VALLMTMT, Numru tal-IBAN: MT 18 VALL 22013000000014814521017, l-isem tal-Bank hu Bank of Valletta, Numru tal-Kont: 14814521017.

    Għal iktar tagħrif: www.lifecyclefoundation.com jew minn fuq Facebook: https://www.facebook.com/LifeCycleChallenge/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0