Żaren Vassallo mhux ħati li xehed falz

  • Diċ 09, 2019 13:24
  • Miktub minn iNews

    In-negozjant magħruf Nazzareno Vassallo ma nstabx ħati li xehed falz fil-Qorti.

    Vassallo, li għandu 67 sena, kien mixli li fil-kapaċità tiegħu ta' direttur, azzjonist jew uffiċjal tal-kumpanija Vassallo Builders Limited, f'Awwissu 2013 u fix-xhur u snin ta' qabel ippreżenta dokument falz u ħalef falz f'kawża ċivili.

    Il-Pulizija bdiet tinvestiga l-każ wara li Joe Vella, direttur maniġerjali tal-kumpanija Avantgarde Holdings Limited, allega li Vassallo ta xiehda falza f'kawża ċivili bejn iż-żewġ kumpaniji.

    Il-kawża kriminali fil-konfront ta' Vasssallo saret quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li wara li semgħet ix-xhieda kkonkludiet li għalkemm l-akkużat ma kienx korrett f'xi aspetti mix-xiehda li ta u fl-affidavit li sar minnu “ma ġiex remotament pruvat li dan seħħ b'intenzjoni doluża”.

    Hi rrimarkat li l-provi kkonfermaw dak li kien stqarr Vassallo fil-kors tal-proċeduri ċivili u għalhekk ma setgħetx issibu ħati ta' xiehda falza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook