Kampjonat Premier: Sirens ikomplu għaddejjin

  • Diċ 09, 2019 13:15
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Tarxien R...... 0

    Sirens ........... 3

    Sirens ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Tarxien Rainbows bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0, biex dawn tal-aħħar sofrew it-12-il telfa konsekuttiva.

    Din  ir-rebħa kompliet tikkonferma staġun tal-ħolm għal Sirens hekk kif issa għandhom 24 punt fil-klassifika.

    Min-naħa l-oħra, b’kun­trast, kompla l-istaġun ferm diżappuntanti għal Tarxien Rainbows, hekk kif huma baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika min­għajr ebda punt.

    Kienu Sirens li ħolqu l-ewwel periklu fl-14-il minuta u mill-ewwel irnexxielhom isibu x-xibka meta Romeu Pericles Romao xeħet cross lejn LUCAS MEMEZES ROMARIO li żmarkat kważi minn fuq il-penalty spot tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Ir-Rainbows wieġbu fil-21 minuta permezz ta’ xutt insidjuż mill-aqwa player tagħhom, Aleksa Andrejic, li iżda ġie salvat mingħajr wisq  diffikultá mill-goalkeeper ta’ Sirens, David Cassar.

    Tmien minuti wara, free­-kick ta’ Destin Mam­bouana, dejjem għal Tar­xien, għadda ftit għoli.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sirens ħarġu ferm aggressivi u fit-58 minuta rebħu penalty meta Brandon Mus­cat waqqa’ lil Wellington De Oliveira fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru  nkariga ruħu LUCAS MEMEZES ROMARIO li ma żbaljax, hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, bil-goalkeeper tar-Rainbows, Rudy Briffa, ma jagħmel l-ebda moviment.

    Fit-62 minuta huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal   meta Wellington De Oliveira xeħet cross lejn EMMANUEL OKOYE li mill-viċin tefa’ l-ballun wara Rudy Briffa.

    Fil-81 minuta, Sirens til­fu ċans tad-deheb li jagħmluhom erbgħa meta Romeu Pericles Romao kellu xutt qawwi minn barra l-kaxxa jiġi salvat parzjalment minn Rudy Briffa, iżda mir-rebound, Ige Abdullahi Adeshina ra lill-istess goalkeeper tar-Rainbows idawwar f’corner.

    TARXIEN R.: 12-Rudy Briffa, 2-Marco Botta, 3-Thomas Veronese, 4-Destin Mambouana (18-Nevin Portelli 68), 9-Gary Camilleri, 10-Ayrton Azzopardi, 11-Aleksa Andrejic (7-Da-niel Vassallo 86), 13-Brandon Muscat, 15-Marko Stanojevic, 22-Miguel Ciantar, 23-Petar Kanzurov (28-Andres Tenorio 53) - Coach: Demis Paul Scerri

    SIRENS: 24-David Cassar, 5-Daniel Sant, 6-Ryan Grech, 7-Wellington De Oliveira (98-Russell Fenech 86), 9-Emmanuel Okoye, 19-Adrian Borg, 20-Ige Abdullahi Adeshina (15-Luke Sciberras 89), 32-Yves Yao Tagro (10-Siraj Eddin Arab 81), 90-Roemu Pericles Romao, 94-Lucas Memezes Romario, 97-Thiago Espindola - Coach: Steve D’Amato

    REFEREE: Slobodan Petrovic

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Christopher Francalanza

    RABA’ UFF: Darryl Agius

    SKORERS:L. Memezes Romario 14, pen. 58, E. Okoye 62 (S)

    AMMONITI:R. Grech, F. Cheveresan (S), M. Ciantar, A. Andrejic, A. Tenorio (T)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Lucas Memezes Romario (S)

     

                   

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0