Tewmin jammettu li serqu tliet basktijiet

  • Diċ 09, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews

    Żewġt aħwa ta’ 35 sena minn Ħal Qormi ammettew fil-Qorti li serqu tliet basktijiet mingħand tliet nisa, fosthom żewġ anzjani. 

    It-tewmin Stephen u Gordon Cassar kienu akkużati li fis-7 ta’ Diċembru 2019 f’Ħal Balzan serqu l-baskett ta’ Antonia Galea, anzjana ta’ 81 sena; li fis-26 ta’ Ottubru li għadda f’Tas-Sliema serqu ieħor għad-dannu ta’ Denise Schembri Wismayer; u li fit-22 ta’ Diċembru 2018  minn  f’B’Kara serqu l-baskett ta’ Elena Schiberras, anzjana oħra ta’ 84 sena. 

    L-Ispettur Fabian Fleri, li investiga l-każ flimkien mal-Ispetturi Lydon Zammit u Christina Delia, spjega lill-Maġistra Gabriela Vella li l-aħwa ftiehmu biex Stephen jaħtaf il-basktijiet u ħuh Gordon jassistih billi jsuq il-vettura rreġistrata f’isem missierhom. 

    L-istess spettur spjega kif filmati meħuda fuq CCTV cameras fl-inħawi fejn seħħ is-serq waslu biex solvew waħda mis-serqiet u mbagħad it-tewmin ammettew li wettqu ż-żewġ serqiet l-oħra.

    Wara li Cassar ammettew l-avukat tagħhom, Francesco Refalo, talab lill-Maġistrat Vella biex qabel tagħti s-sentenza tara li jsir rapport fid-dawl li t-tewmin għandhom il-vizzju tad-droga u l-Qorti laqgħet it-talba. 

    Il-kawża ġiet differita għas-7 ta’ Jannar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook