Tesprimi lilha nnifisha u tikkomunika bil-pittura

  • Diċ 09, 2019 08:21
  • Miktub minn iNews

    Judith Dingli - artista rinomata f'pajjiżna li tesprimi lilha nnifisha u tikkomunika speċjalment permezz tal-pittura.

     

    X'inhi l-pittura? 

    Jien għalija l-pittura hija parti kbira minn ħajti. Minn dejjem kont inħobb inpinġi  ta' 15-il sena għamilt 'O' level. Ipparteċipajt f'ħafna kompetizzjonijiet u kelli suċċess fosthom irbaħt il-midalja tad-deheb meta pparteċipajt fil-Fillandja u ġejt l-ewwel.  Kien hemm 57 pajjiż jieħdu sehem.

    Liema hu l-kulur favorit tiegħek? 

    Jien m'għandix kulur li tgħid favorit tiegħi għax jien inħobb il-kuluri kollha. Infatti l-esibizzjoni li għandi bħalissa semmejnieha 'Feast of Colours'. Il-kuluri jagħtuni ħafna enerġija. Anke jien personali dejjem nilbes il-kuluri anke fix-xitwa. L-iskur mhux ħabib daqshekk tiegħi!

     

    Liema artist jew pittur influwenzak f'ħajtek?

    Missieri kien u jibqa' dejjem l-artist favorit tiegħi. Għalkemm m'għadux magħna xorta nħossu maġembi jħares lejja jien u npitter. Infatti, l-ewwel esebizzjoni 'solo' tiegħi kont semmejtha Shadows,  għax hu d-dell tiegħi. 

    Hemm xi biċċa xogħol tal-arti li tixtieqha tkun f'darek ħdejn biċċa  xogħol tiegħek?

    Kollha kemm huma. Il-pitturi tiegħi kollha għandhom xi ħsieb warajhom.  Għalija kollha huma importanti. Meta nbigħ xi waħda nieħu gost imma qishom ħaduli parti minni.  Għalija kollha jġibuli ferħ bħal meta jkollok wild ġdid.

    X'inhi l-aqwa ħaġa biex tesebixxi pittura?

    Meta nesebixxi noqgħod attenta li jkunu mwaħħla mal-ħajt b'ċerta dedikazzjoni. Ma tistax twaħħal kif ġie ġie.  Dejjem nipprova li jkolli xogħol ġdid u aktar ta' livell.  Għall-esebizzjoni ta' din is- sena ilni naħdem sena għalija.  Jien artista versatili ħafna.  Jien ma nħobbx l-uniformi fil-pittura għalhekk ix- xogħol tiegħi dejjem ikun ta' sorpriża għal min jarah.

    X'inhuma l-limiti tal-pittura?

    Din is-sena għandi 14-il biċċa xogħol, kollha bi stili u qisien differenti. Għandi Acyrlic impasto fuq il- canvas.  Għandi xogħol bix-xaħx u kollha bajda biex il-blat jiġi 3D.  Għandi xogħol fuq l-injam. Għandi xogħol fuq canvas miksi bil-gazzetti, figuri u uċuh, sunsets, siġar u oħrajn.  Wieħed irid jiġi jarahom biex jifhem x'qed ngħid eżatt!

    Kif tibda biċċa xogħol tal-arti - għandek xi ritwali partikolari?

    Jien inpinġi bil-muża. Il-ħin tiegħi hu wara nofsinhar. Meta nibda xi ħaġa ġdida, indum inpitter sa ma ngħejja.

    Hemm futur għall-pittura?

    Għalkemm hawn ħafna opportunitajiet ġodda, naħseb li għadna ftit 'il bogħod biex l-arti tkun l-uniku dħul.  Nixtieq li jkun hawn aktar kuxjenza u opportunitajiet speċjalment għal artisti ġodda bħali.

    Taħseb li l-pittura tal-lum hija sotto-valutata?

    Naħseb li bil-mod qed tiġi apprezzata imma xorta għadna ftit lura. Hawn ħafna jippretendu li jixtru biċċa arti bis-soldi!

    Li kieku kellek terġa' titwieled mill-ġdid, terġa' ssir artista?

    Kont xi darba nimmudella meta kont żgħira imma xorta nagħżel li nkun artista. L- arti ttini ħafna enerġija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0