Andre Callus: “Ninsabu fil-preċipizju. Joseph Muscat għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika u jirriżenja minnufih”

  • Diċ 08, 2019 17:22
  • Miktub minn iNews

    “Sitwazzjoni traġika. Pajjiżna nħakem minn klikka ta’ negozjanti u sħabhom fil-politika. Dawn ħatfu u saħansitra qatlu.” Hekk saħaq Andre Callus waqt li kien qed jindirizza lill-eluf li nġabru fi Pjazza Kastilja għall-protesta biex il-Prim Ministru Joseph Muscat jirriżenja minnufih.

    “Ninsabu fil-preċipizju,” żied jgħid Callus. 

    Filwaqt li qal li “għadna ma nafux safejn jasal l-involviment tal-Prim Ministru Joseph Muscat”, Callus żied jgħid li “iżda huwa fatt li l-Prim Ministru dejjem iddefenda lil Keith Schembri.”

    Tenna li “Joseph Muscat għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika ta’ dan, u jirriżenja minnufih.”

    “Kull minuta li qed jibqa’ f’dan l-uffiċċju qed jikber is-suspett li hemm kumplott biex il-verità sħiħa ma toħroġx,” żied jgħid Callus.

    Callus qal ukoll li jeħtieġ li l-politika titbiegħed min-negozjanti.

    Temm jisħaq li dan mhux il-mument opportun għall-partiġġjaniżmu, u kulħadd għandu jingħaqad biex jerfa' d-dinjità tal-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook