Jibda l-marċ ta' protesta fil-Belt Valletta fost għajjat ta' “ġustizzja”, u “Daphne”

  • Diċ 08, 2019 16:21
  • Miktub minn iNews

    Mijiet inġabru fil-Belt Valletta fi protesta oħra fid-dawl tal-aħħar allegazzjonijiet u żviluppi li ħarġu mix-xhieda tal-allegat middleman Melvin Theuma u l-allegat mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech. 

    Il-protesta qed issir ukoll biex il-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistenniex sat-12 ta' Jannar biex jirriżenja kompletmanet mill-kariga ta' Prim Ministru, iżda biex jagħmel dan mill-aktar fis. Jispikkaw fost oħrajn l-għajjat ta' “barra”, “mafja”, u “Daphne”.

    Intant il-protesti fil-Belt Valletta qanqlu reazzjonijiet diversi. B’uħud jisħqu dwar il-ħtieġa ta’ dawn il-protesti biex ikun żgurat li ssir ġustizzja, kienu wkoll ħafna dawk, l-aktar sidien tal-ħwienet, li qed jilmentaw li l-protesti kontinwi fit-toroq tal-Belt Valletta qed jaffettwalhom in-negozju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook