L-armla ta' John Lennon bi tribut emozzjonanti biex tfakkar id-39 sena mill-mewt tal-leġġenda tal-Beatles

  • Diċ 08, 2019 15:56
  • Miktub minn iNews

    Yoko Ono fakkret id-39 sena mill-mewt tal-leġġendarju John Lennon bi tribut emozzjonanti. L-eks kantant tal-Beatles inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar barra l-appartament tiegħu fi New York nhar it-8 ta’ Diċembru tal-1980. Huwa kellu 40 sena.

    F’tifkira għal żewġha, Ono għal darb’oħra talbet l-Istati Uniti biex tibdel il-liġijiet dwar l-armi tan-nar tagħha, u ddeskriviet il-qtil ta’ żewġha bħala “esperjenza xokkanti”.

    Ono kitbet: “Ħbieb, kuljum mitt Amerikan jinqatlu b’arma tan-nar. Qed inbiddlu dan il-pajjiż sabiħ f’żona tal-gwerra. Flimkien, ejjew nerġgħu nġibu l-Istati Uniti art tal-paċi.”

    Ono rreferiet ukoll għal statistika li turi li aktar minn 1.4 miljun persuna nqatlet b’armi tan-nar fl-Istati Uniti biss sa mill-mewt ta’ Lennon.

    Hija temmet tgħid li “wara 39 sena, jien, Sean u Julian għadha nħossu n-nuqqas tiegħu.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook