Jiekol banana li kienet stmata li tiswa ’l fuq minn €100,000!

  • Diċ 08, 2019 14:39
  • Miktub minn iNews

    Id-dinja tal-arti baqgħet ixxukkjata hekk kif raġel qala’ banana li kienet imwaħħla ma’ ħajt, u liema arti kienet stmata li tiswa ’l fuq minn €100,000, qaxxarha u kielha! Dan kollu seħħ ilbieraħ waqt eżibizzjoni ta’ arti fi Florida.

    L-arti tal-banana mwaħħla mal-ħajt serqet iċ-ċentru tal-attenzjoni matul din il-ġimgħa, bi tliet xerrejja jħallsu bejn £90,000 u £115,000 għal edizzjonijiet limitati ta’ din l-opra tal-arti kurjuża – magħrufa bħala “Kummidjant” – tal-artist Maurizio Cattelan.

    Madankollu lbieraħ ‘performance artist’ ibbażat fi New York, David Datuna, qaxxar il-banana u kielha.

    Filwaqt li f’filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali juri lil Datuna jinħareġ mill-kumpless li kien qed jospita l-esebizzjoni tal-arti, kelliema għal Cattelan, qalet li l-gallerija tal-arti mhix se tkun qed tieħu passi legali fil-konfront ta’ Datuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook