“Pajjiżna għandu politiċi onesti u integri. Huma biss il-ftit li huma l-paljazza tar-razza.” … Tappella għall-għaqda fost il-poplu

  • Diċ 08, 2019 13:28
  • Miktub minn iNews

    “Aħna qatt ma konna pupazzi f’idejn ħadd!” Hekk saħqet il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca f’kumment fuq il-midja soċjali.

    Coleiro Preca tenniet li l-istorja ta’ pajjiżna turi li bħala poplu dejjem waqafna għall-valuri tal-onestà, tal-ġenwinità, tal-altruwiżmu, tal-bżulija u tal-integrità. Saħqet li din kienet minn dejjem l-identità Maltija.

    B’referenza għall-avvenimenti li kkaratterizzaw lill-pajjiż matul dawn l-aħħar jiem, hija qalet li “b’dan kollu li qed jiġri u li xxokkja lil kulħadd insterqitilna din l-identità”. Fl-istess waqt tenniet li din l-identità kapaċi nerġgħu niksbuha “billi f’dan il-mument kritiku naġixxu fl-aħjar interess ta’ pajjiżna”.

    Il-President Emeritus ingħaqdet mal-appelli li diġà saru favur l-għaqda fost il-poplu. “Għandna bżonn ningħaqdu u jinħtieġ li nħarse biss lejn il-bżonn, li nerġgħu nibnu mill-ġdid pajjiż, li jerġa’ jirriflett min aħna”.

    Tenniet li “huwa għalhekk li kull min hu minsus, minn dawn il-ġrajjiet tal-waħx, għandhom iwarrbu minnufih, biex nerġgħu insibu s-serenita’ bħala poplu u fuq kollox biex jibda x-xogħol li hemm bżonn isir biex nerġgħu niksbu r-reputazzjoni tajba li kellu pajjiżna.”

    Kompliet tgħid li “ma nistgħux inħallu din is-sitwazzjoni perikoluża tkaxkar aktar, lanqas għal ġurnata waħda oħra biss. Dan huwa żmien fejn il-politiċi jridu jħallu l-interess personali fil-ġenb, u nibdew proċess ta’ fejqan immedjatament, taħt it-tmexxija ta’ persuna li għandha l-kredenzjali li toħroġ lil pajjiżna minn din il-kriżi.”

    Filwaqt li saħqet li pajjiżna għandu politiċi onesti u integri, “huma biss il-ftit li huma l-paljazza tar-razza”.

    Temmet tgħid li “għalhekk fil-mument prekarju li qed ngħixu fih, irridu nduru fuq l-għerf li jista’ jagħtihulna l-ħsieb kritiku biex nagħżlu l-aħjar b’risq Malta, u l-preżent u l-futur ta’ wlieda.”

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook