AĠĠORNAT: Raġel isofri ġrieħi gravi f'ħabta bejn ħames karozzi f'Ħal Kirkop

  • Diċ 08, 2019 08:10
  • Miktub minn iNews

    Raġel minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop li kien jinvolvi ħames vetturi.

    L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00 p.m. fi Triq il-Mini ta’ Ħal kirkop.

    Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel ta’ 42 sena minn San Pawl il-Baħar kien qed isuq vettura tat-tip Ford Escort meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’vettura tat-tip Suzuki Alto misjuqa minn mara ta’ 29 sena miż-Żurrieq u oħra tat-tip Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 41 sena mill-Fgura.

    Sussegwentement dawn daħlu f’vettura tat-tip Smart misjuqa minn mara ta’ 29 sena mill-Qrendi u oħra tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mis-Siġġiewi.

    Fil-Ford Escort kien hemm ukoll raġel ta’ 35 sena mill-Gżira.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-persuni li kienu fil-Ford Escort l-Isptar Mater għall-kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 42 sena kien iċċertifikat li kien qed isofri minnġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raeġl ta’ 35 sena irriżulta li sofra minn ġrieħi ħfief.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook