Romelu Lukaku jinsab kuntent ma' Inter

  • Diċ 08, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews

    L-aġent tal-attakkant Belġjan ta' Inter, Romelu Lukaku, jinsab sorpriż bl-impatt immedjat li għamel fil-kampjonat tas-Serie A. Federico Pastorello kien qed jitkellem waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon Sky Sport UK.

    Huwa ammetta li mal-club preċedenti tiegħu Manchester United  kien kuntent iżda s-sajf li għadda l-player stqarr miegħu nnifsu li xtaq sfida ġdida. Barra minn hekk, l-istess Lukaku kien imweġġa' mill-fatt li l-manager tar-Red Devils, Ole Gunnar Solskjaer, ipprefera lil Marcus Rashford minfloku.
    U hawn fejn Inter akkwistaw is-servizzi ta' dan l-iskorer prolifiku li qed jiskorja u jikkonvinċi. Pastorello qal li l-player tiegħu għandu relazzjoni mill-aqwa mal-coach, Antonio Conte, fejn għenu mhux ftit psikoloġikament sabiex joħroġ l-aqwa tiegħu. Huwa qal li ma jimmaġinah ma' ħadd iktar ħlief ma' Inter.
    L-għan ta' Lukaku issa hu li bil-goals tiegħu jrebbaħ aktar partiti lil Inter u eventwalment ikomplu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat wara ħafna snin ta' diżappunti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook