Il-Kuncert Annwali Tal- Milied mis-Soċjeta’ Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema

  • Diċ 07, 2019 17:50
  • Miktub minn iNews

    Is-Socjeta’ Filarmonika Stella Maris qiegħda torganizza l-kunċert Annwali tal-Milied b’repertorju vast ta’ mużika moderna u klassika, nhar il-Hamis 12 ta’ Dicembru 2019 fis-7.15pm, fil-Knisja Arcipretali ta’ Stella Maris, fi Triq il-Kbira, Tas-Sliema.

    Il-banda Stella Maris, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Pulis se tesegwixxi siltiet popolari fost l-ohrajn; White Christmas, Cantate Domino, The Prayer, muzika mill-film La Vita e’ Bella, A Whole New World, Jingle Bell Rock, Tu Scendi dalle Stelle, u aktar…

    Se jieħdu sehem ukoll il-kantanti Lawrence Gray, Michaela Agius, Riona Degiorgio, u il-Kor tal-Parrocca Stella Maris.

    Id-dħhul huwa bla ħlas u il-bibien jiftħu fis-6.45pm.

    Ghal aktar informazzjoni dwar dan il-kuncert, ċempel fuq 79445778.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0