Kampjonat Premier: Gzira United jżommu l-pass

  • Diċ 07, 2019 17:44
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Gzira Utd ....... 3

    Mosta ............ 1

    Gzira United kisbu t-tieni rebħa nfila biex żammew il-pass mal-leaders Floriana f’logħ­ba mhux daqstant facli kontra Mosta, anke jekk dawn tal-aħħar spiċċaw jilgħabu bi player anqas fl-aħħar 20 minuta.

    Kollox ma’ kollox peró r-rebħa kienet waħda mis­t-ħoqqa għat-team immexxi minn Giovanni Tedesco hekk kif Mosta kellhom ibaxxu rashom għar-raba’ telfa konsekuttiva.

    Għalkemm kellhom l-aktar mil-logħob matul l-ew­wel 45 minuta, Gzira kel­lhom jistennew sa ftit minuti qabel il-mistrieħ sabiex jiżblukkaw ir-riżultat biex skorjaw żewġ goals f’żewġ minuti u daħlu jis­trieħu 2-0 minn fuq.

    Madankollu kienu Mos­ta li ħolqu l-ewwel periklu permezz ta’ Gomes li kkontrolla l-ballun tajjeb minn qagħda ċentrali fil-kaxxa imma x-xutt tiegħu ġie salvat minn Haber.

    Mal-ħin Gzira bdew iżidu fil-logħob tagħhom bla ma jkunu wisq effettivi, sakemm fit-43 minuta Kone kkrossja għan-nofs u JEFFERSON DE ASSIS bir-ras għeleb lil Vella.

    Żewġ minuti wara l-iskor sar 2-0 fejn reġa’ kien Kone li qassam lil AMADOU SAMB li qabad lill-goalkeeper Vella barra minn postu biex bir-ras tefa’ fix-xibka.

    Fit-tieni taqsima Mosta ħarġu jfittxu goal kmieni fit-tentattiv li jerġgħu jidħlu fil-logħba u wara li kellhom lill-coach Mark Miller muri l-karta safra mir-referee Farrugia talli pprotesta, huma rnexxielhom inaqqsu l-marġni fit-63 minuta.

    Kien Xuereb li għadda ballun tajjeb lil NICOLAEVICH KOTLOV u dan għeleb lil Haber b’xutt imkaxkar li ħabat ma’ sieq il-lasta qabel spiċċa fix-xibka.

    Madankollu ftit wara, eżattament fid-69 minuta, Mosta ħadu daqqa ta’ ħarta meta Villareal intwera t-tieni karta safra u spiċċaw jilagħbu b’għaxar players.

    Gzira resqu qrib li jkabbru l-vantaġġ meta Cohen, li kien għadu kif daħal flok Samb, żmarka lil Kone, imma l-goalkeeper Vella an­tiċipa fil-ħin lill-attakkant Gżirjan biex evita l-periklu.

    Mosta ma qagħdux lura minkejja l-iżvantaġġ numeriku u free-kick mogħti minn Diouf ġie mxellef f’corner minn Jefferson.

    Gzira wieġbu b’corner mogħti minn Kone u daqqa ta’ ras mill-qrib ta’ Conti li spiċċat għoli.

    Iżda fil-ħin miżjud Gzira ssiġillaw ir-rebħa meta reġa’ kien Cohen li qassam lil HAMED KONE u dan b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa għeleb lil Vella.

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 4-Fernando Barbosa, 5-Gianmarco Conti, 6-Nikolai Muscat (11-Juan Carlos Corbalan 90), 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares, 13-Clifford Gatt Baldacchino, 21-Hamed Kone, 77-Amadou Samb (10-Andrew Cohen 72), 87-Arthur Oyama, 94-Jefferson De Assis  - Coach: Giovanni Tedesco

    MOSTA: 1-Andreas Vella, 4-David Ifeanyi Nworah (93-Christian Grech 46), 10-Weverton Gomes, 12-Nicolaevich Kotlov, 14-Dexter Xuereb, 18-Kyle Gatt (11-Duane Bonnici 68), 20-Jean Barthelemy Diouf (77-Zachary Brincat 84), 22-Tyrone Farrugia, 23-David James Brown, 24-Leonardo Sergio Villareal, 30-Matias Muchardi  - Coach: Mark Miller

    REFEREE: Philip Farrugia

    ASS. REFEREES:Alan Camilleri, Thomas Debono

    RABA’ UFF: Slobodan Pet­rovic

    SKORERS:J. De Assis 43, A. Samb 45, H. Kone 91 (G), N. Kotlov 63 (M)

    AMMONITI:F. Barbosa, N. Muscat, A. Samb, Z. Scerri (G), D. Nworah, L. Villareal (M)

    TKEĊĊA:L. Villareal 69 (M)

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Hamed Kone (Gzira U.)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0