Kampjonat Premier: Floriana jirritornaw għar-rebħ

  • Diċ 07, 2019 17:42
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Christine Borg

    Floriana ......... 2

    Sta Lucia ........ 1

    Floriana rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sta Lucia bl-iskor ta’ 2-1 biex żammew l-istess vantaġġ fl-ewwel post tal-klassifika.

    Kif kien mistenni, kienu l-leaders Floriana li ħarġu fuq l-offensivi kmieni fil-partita, filwaqt li t-team dixxiplinat ta’ Santa Lucia għażel li jaddatta t-tattika ta’ konteniment u jopera bil-kontrattakk.

    L-ewwel azzjoni peri­koluża waslet fit-11-il minuta minn Santa Lucia permezz ta’ free-kick mogħti minn Kevin Ante Rosero bil-ballun jgħaddi ftit għoli.

    Fis-16-il minuta, il-par­titarji ta’ Santa Lucia pprotestaw għal penalty meta Diego Segura deher jaqa’ fil-kaxxa, iżda r-refe­ree Fyodor Zammit ħalla l-logħob għaddej. 

    Fil-21 minuta, il-Greens resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Brandon Paiber fajjar xutt minn barra l-kaxxa, iżda sab lill-goalkeeper Ryan Caruana ferm attent. 

    Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima  Kristian Keqi impenja lill-goalkeeper  Caruana b’xutt angolat, iżda dan salva faċilment. 

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana ħarġu aktar avventurużi u kien proprju fis-47 minuta meta xutt qawwi ta’ Matias Garcia stampa mal-mimduda bil-goalkeeper ta’ Sta Lucia, megħlub għal kollox.

    Iżda għaxar minuti wara l-Greens fetħu l-iskor minn free-kick tal-istampi mogħti minn Diego Venancio, bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka. Fid-59 minuta,  Floriana irduppjaw b’goal stupend meta xutt bid-dawra ta’ TIAGO ADAN FONSECA qarraq għal kollox bil-goalkeeper Caruana.

    Jekk l-ewwel taqsima kie­net waħda bilanċjata mhux l-istess nistgħu ngħidu għat-tieni waħda meta Floriana dehru ferm superjuri għall-avversarji.

    Peró, fil-91 minuta kienu Sta Lucia li sabu x-xibka  permezz ta’ xutt ta’  ADAM MAGRI OVEREND għar-rokna tax-xibka iżda ma kienx fadal ħin biex isalvaw il-partita.

    FLORIANA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Enzo Ruiz, 7-Die-go Venancio, 9-Kristian Keqi (21-Augusto Caseres 72), 10-Jose Arias Ulises (28-Edward Herrera 84), 11-Brandon Diego Paiber (16-Bradley Sciberras 79), 17-Jurgen Pisani, 20-Matias Nicolas Garcia, 22-Alex Cini, 94-Ryan Camenzuli, 99-Tiago Adan Fonseca - Coach: Vincenzo Potenza

    STA LUCIA: 12-Ryan Caruana, 3-Gabriel Mentz Bohrer, 6-David Mendoza, 9- Diego Seguara, 11-Kevin Ante Rosero, 17-Jacob Walker (5-Adam Magri Overend 82), 19-Farid Zuniga, 22-Jamie Zerafa, 24-Camilo Escobar,  66-Lee Galea (20-Omar Elouni 72), 88-Rei Tachikawa (18-Daniel Agius 72)  - Coach: Oliver Spiteri

    REFEREE: Fyodor Zammit

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Paul Apap

    RABA’ UFF: Etienne Mangion

    SKORERS:D. Venancio 57, T.A. Fonseca 59 (F); A. Magri Overend 91 (SL)

    AMMONITI:D. Venancio, B. Paiber, T.A. Fonseca, R. Camenzuli (F); R. Tachikawa. C. Escobar, D. Segura (SL)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Tiago Adan Fonseca (F)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0