[AĠĠORNAT] L-IĠM tikkundanna l-ittra anonima u ta' theddida... Ġurnalista tal-ONE tirċievi ittra anonima b'theddida

  • Diċ 07, 2019 19:15
  • Miktub minn iNews

    Aġġornat:

    L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) jikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. F’rapport li l-IĠM irċieva illejla, ġie infurmat li ġurnalista irċiviet ittra ta’ theddid fid- dar privata tagħha u li għalih, il-ġurnalista kellha tirrikorri għand il-Pulizija biex tagħmel rapport. L-IĠM itenni li l-ebda forma ta’ theddid u intimidazzjoni fuq membru jew membri tal-korp ġurnalistiku ma jiġi ttollerat jew aċċettat u għandu jiġi kkundannat bil-qawwa kollha. 

    L-IĠM juri solidarjetà mal-ġurnalista. 

    Infakkru li l-irwol tal-ġurnalist hu fundamentali f’demokrazija, u huwa ta’ għajb kbir li nies li b'dedikazzjoni u sagrifiċċji jwettqu xogħolhom b’servizz lejn il-pubbliku, ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ atti kodardi bħal dawn. Dan il-każ isegwi sensiela ta’ inċidenti fl-aħħar jiem fejn ġurnalisti kienu mhedda, intimidati, imbuttati u ssuttati, każi li fihom l-IĠM ħarġet tikkundanna bla ebda riżerva. 

    Insejjħu biex il-korp tal-Pulizija joffri il-protezzjoni meħtieġa lejn il-membri tal-korp ġurnalistiku u jinvestiga il-każ, kif għandhom jiġu investigati il-każi kollha ta’ theddid fuq il- membri tal-istampa u x-xandir, biex jinstab min kien wara dan it-theddid u jitressaq quddiem il-ġustizzja.

     

     

    Aktar qabel:

    Nicole Buttigieg, ġurnalist mal-istazzjon ONE, kitbet li llum irċeviet ittra anonima b'theddida. L-ittra tgħid li, "mhux fil-bogħod li ntajrukom ma' il-**** Joseph Ha Ha Ha". 

    Buttigieg qalet li għamlet rapport lill-pulizija iżda se tkun qed tkompli b'xogħlha. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0