[AĠĠORNAT] Ħabta bejn mutur u karozza fix-Xewkija Għawdex

  • Diċ 07, 2019 18:58
  • Miktub minn iNews

    Aġġornat:

    Illum, għall-ħabta tad-9:30 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex. 

    Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħ impatt bejn vettura ta’ tip Mercedes misjuqa minn mara ta’ 28 sena, residenti n-Nadur u mutur ta’ tip Honda misjuq minn raġel ta’ 58 sena residenti n-Nadur ukoll. 

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u permezz t’ambulanza huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Aktar qabel:

    Inewsmalta.com huwa nfurmat li ftit tal-ħin ilu fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija, Għawdex, kien hemm ħabta bejn mutur u karozza tat-tip Mercedes. 

    Dan is-sit mgħandux informazzjoni jekk weġġgħux persuni f'dam l-inċident. 

    Ritratt - Joe Grech

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook