Somalu jisfa aggredit b'arma bil-ponta u li taqta'... Qiegħed isofri minn ġrieħi gravi

  • Diċ 07, 2019 08:05
  • Miktub minn iNews

    Illum, għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Mungbell, Żebbuġ, Għawdex. 

    Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mar-Rapid Intervention Unit marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 24 sena mis-Somalia residenti Żebbuġ,Għawdex, kien safa’ aggredit b’oġġett bil-ponta u li jaqta’. 

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi. 

    Dwar dan il-każ qed jinżamm raġel ta’ 23 sena mis-Somalia residenti Żebbuġ, Għawdex, għal aktar stħarriġ. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

    Argument f'San Ġiljan bejn tlett irġiel iħalli Malti bi ġrieħi gravi

    Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ tat-8:30 pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’post tad-divertiment fi Triq Santa Rita, San Ġiljan. 

    Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li inqala’ argument bejn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u żewġ irġiel, li l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa. Ir-raġel ta'48 sena safa’ aggredit b’oġġett u sofra xi ġrieħi. 

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook