L-MFA tidħol fi ftehim mal-proġett PlayGreen

  • Diċ 07, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews

    L-MFA daħlet fi ftehim ma’ PlayGreen, proġett tal-UEFA ffinanzjat mill-programm tal-Unjoni Ewropea, Erasmus+.

    Dettalji dwar dan ingħataw waqt konfe­renza stampa li saret fit-Trophies Lounge tal-Istadium Nazzjonali, minn Peter Busuttil li hu l-manager tal-proġett u li jifforma parti mid-dipartiment tar-responsabbiltà soċjali tal-MFA.

    Huwa qal li l-proġett qed ifittex li jqajjem kuxjenza u jibni kapaċitajiet rigward sostenibbiltà ambjentali fil-grassroots kif ukoll fil-parteċipanti, voluntiera u l-organizzaz­zjonijiet kollha interessati.

    Dan il-proġett, li huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, huwa favur dawk li jsegwu xi sport, f’dan il-każ il-football. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jagħmel lill-persuni li jiffrekwentaw l-istadia fejn jintlagħab il-football, li jkunu iktar konxji tal-benefiċċji am­bjentali.

    Is-Sur Busuttil qal: “Fost it-tragwardi li ġew stabbiliti, aħna għandna l-għan li nirrijabilitaw ċerti żoni madwar Malta li s’issa ġew mitluqa.

    “Diġà bdejna bl-ewwel avveniment li kien it-tindif tal-pitch tal-footbal ta’ Ħal-Far minn fejn inġabru żewġ skips mimlija skart.

    “Issa għandna l-għan li nagħmlu użu minn dan il-pitch għal dawk kollha li huma inte­ressati li jieħdu sehem f’avvenimenti sportivi.”

    Huwa żied li sa tmiem is-sena d-dieħla, huma qed jittamaw li jippubblikaw rapport fejn fih jiġu elenkati l-benefiċċji minn prog­ramm bħal dan, fosthom sistema ta’ trasport aħjar li tieħu lill-partitarji fi stadia diversi, l-użu tal-plastik u t-tip ta’ ikel li jittiekel fl-istadia.

    Din il-konferenza stampa kienet indirizzata wkoll minn uffiċjal ieħor tal-MFA, Kurt Formosa, li qal li PlayGreen se jkun qed jiżviluppa metodu biex joħloq avvenimenti sportivi sostenibbli billi jħarreġ team ta’ vo­luntiera żgħażagħ (Green Team).

    Dawn il-voluntiera se jkunu qed janalizzaw l-impatt potenzjali ta’ avveniment sportiv speċifiku u jgħin lill-organizzazzjonijiet jiksbu riżultati sostenibbli.

    Huwa sostna li dawk li huma interessati li jgħinu bħala voluntiera f’dan il-proġett jistgħu jikkuntattjaw l-uffiċini tal-MFA, f’Ta’ Qali, jew jibagħtu email fuq l-indirizz elettroniku, peter.busuttil@mfa.com.mt.

    “Nappella lil dawk kollha interessati li jieħdu sehem bħala voluntiera biex jingħaqdu magħna. Diġà għandna iktar minn 20 persuna li żgur li se nkunu qed niġu bżonnhom għat-tieni attività li għandna lokalment f’Għajn Tuffieħa,” temm jgħid is-Sur Formosa.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook