Fl-Indja: Erba' rġiel suspettati bl-istupru u l-qtil ta' tabiba jinqatlu mill-Pulizija waqt l-aċċess fuq il-post tar-reat

  • Diċ 06, 2019 08:45
  • Miktub minn iNews

    Erba’ rġiel suspettati bl-istupru u l-qtil ta’ mara fin-Nofsinhar tal-Indja nqatlu mill-Pulizija hekk kif għamlu l-aċċess fuq il-post fejn allegatament twettaq ir-reat. Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ hekk kif wieħed mis-suspettati pprova jaħtaf arma tan-nar ta’ wieħed mill-pulizija.

    Is-suspettati kollha nqatlu għall-ħabta tat-3.30 a.m. ħin lokali.

    L-irġiel ittieħdu fuq il-post fejn twettaq kemm l-istupru u kif ukoll fejn eventwalment instab il-katavru maħruq tal-mara fil-belt ta’ Shadnagar. Il-fdalijiet tal-mara, veterinarja ta’ 27 sena, instabu l-ġimgħa li għaddiet wara li kienet rapportata nieqsa l-lejl ta’ qabel.

    Il-każ qanqal diversi protesti madwar l-Indja kolha.

    Intant madwar 300 persuna nġabru fil-post fejn twettaq ir-reat f’Shadnagar, b’uħud minnhom jgħannqu lill-uffiċjali tal-pulizija u jfaħħruhom talli kienu qatlu lill-irġiel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0