Il-Pulizija tinvestiga profili soċjali li jintużaw biex ixerrdu l-mibegħda

  • Diċ 06, 2019 07:59
  • Miktub minn iNews

    Min jirċievi messaġġi b’theddid huwa mħeġġeġ jagħmel rapport minnufih…

    Il-Pulizija, permezz tas-Cyber Crime Unit, tagħmel stħarriġ fuq kwalunkwe profil soċjali li jkun qiegħed jintuża biex isir reat kriminali. Dan jinkludi investigazzjonijiet fejn profili fitizzji jkunu qegħdin jintużaw biex ixerrdu messaġġi ta’ tixwix ta’ mibgħeda razzjali.

    Ix-xogħol tal-Pulizija fir-rigward ta' profili fuq il-midja soċjali li jkunu qegħdin jintużaw biex iwettqu reat kriminali huwa li tinġabar informazzjoni biex jiġi identifikat il-post u l-persuna responsabbli minn dak il-profil.  F'każ li persuna tirċievi messaġġi b'theddid, din hija mħeġġa biex tagħmel rapport f'għassa tal-Pulizija minnufih.

    Bosta kienu dawk il-każijiet fejn allegatament intużaw profili fittizji u dawk vera biex ixerrdu messaġġi ta’ mibgħeda. F’dawn l-aħħar jiem, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli talbet formalment lill-pulizija tinvestiga persuna li kkummentat fuq filmat imtella’ mill-midja indipendenti waqt li folla ta’ nies inġabret b’mod paċifiku quddiem iċ-Ċentru Laburista fil-Ħamrun. Il-kumment kien jgħid: “Kieku niġu fiha… bomba f’nofskom ħa neħilsu mill-korruzzjoni u l-injoranza.”

    Ftit tal-jiem ilu, Farrugia Portelli appellat b’mod sinċier li l-edituri tal-media houses, b’mod partikolari online portals, biex ma jkunux kompliċi billi jħallu kummenti oxxeni li mhux biss jimmalafamaw imma jsaħħnu l-irjus. Hija rreferiet ukoll għal kumment li saħqet li jaqbeż kull linja etika fejn iqabbel ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala nies mafjużi li nġabu minn Sqallija.

    Fl-isfond ta’ dak li qiegħed iseħħ f’dawn il-jiem, il-President ta’ Malta George Vella tenna l-appell tiegħu lill-poplu biex ikun hemm il-kalma u biex kulħadd ikun konxju tar-responsabbiltajiet li jġorr.

    Fuq video, l-attivista u studenta Eve Borg Bonello wkoll ġiet mhedda b’kummenti bħal “jirrah jisploduk” u “eżorċista għandek bżonn imxajtna”. Intant rapporti jgħidu li Uffiċjal tal-pulizija jagħti parir lill-attivista biex “tieqaf tesprimi l-opinjoni” biex ma tirċevix theddid ta’ mewt.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook