Matthijs De Ligt jitkellem dwar is-sena pożittiva tiegħu

  • Diċ 06, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews

    Id-difensur Olandiż ta’ Juventus, Matthijs de Ligt, tkellem dwar din is-sena 2019 li waslet biex tintemm. Huwa qal li dawn it-12-il xahar li għaddew ġraw ħafna affarijiet sbieħ li diffiċli jinsihom. Fuq kollox huwa rebaħ doppjetta ta’ unuri mal-ex team tiegħu Ajax fejn ta kontribut sabiex it-team jirbaħ il-kampjonat u t-tazza domestika.

    Fuq kollox, huma kienu viċin ferm li jiksbu post fil-finali tal-UEFA Champions League iżda tilfu s-semi-finali kontra Tottenham Hotspur.

    De Ligt jiftakar ukoll b’għożża dak li ġara ftit tax-xhur ilu meta ġie akkwistat miċ-champions Taljani Juventus. Huwa qal li għal bidu ma setax jemmen u dam ħafna ma aċċetta din ir-realtá ġdida tiegħu. Fl-istess waqt, huwa qal li dam ma dará l-ambjent fl-Italja u kien f’dawn l-aħħar ġimgħat li beda jissetilaj.

    Konsegwenza ta’ dan kollu huwa ġie vvutat ukoll bħala l-aqwa player żagħżugħ ta’ din is-sena minn France Football Magazine.

    Finalment il-player ta’ 20 sena qal li beħsiebu jaħdem qatigħ sabiex ikompli jtejjeb il-ħiliet tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook