Ir-rata tal-imwiet fl-Ewropa kawża tal-HIV tonqos b’50% … fl-2016 f’Malta kien hemm 7 mwiet bl-HIV

  • Diċ 05, 2019 15:50
  • Miktub minn iNews

    Skont statistika maħruġa mill-Eurostat, fl-2016 f’Malta kien hemm 7 mwiet kawża tal-HIV. Dan in-numru żdied f’dawn l-aħħar snin hekk kif kemm fl-2014 u anke fl-2015 kien hemm 3 imwiet kkawżati mill-HIV.

    Fl-2016, 5.1 milljun mwiet ġew irrapportati fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u 3,000 minnhom kienu kkawżati mill-HIV. 

    B’mod ġenerali l-irġiel kienu l-aktar li mietu kawża ta’ din il-marda trasmessa b’mod sesswali, b’ammont totali ta’ 2,200-il mewta, filwaqt li l-ammont totali ta’ nisa kien ta’ 700 persuna. 

    Ir-rata medja ta’ dik l-istess sena kienet sitt imwiet kkawżati mill-HIV għal kull miljun individwu fl-UE, rata li tbaxxiet meta wieħed jikkompara ma’ dik tal-2002 hekk kif kienet, 12-il mewta għal kull milljun. 

    Huwa rrapportat ukoll li dan il-progress sar permezz ta’ żieda ta’ trattamenti aktar effettivi li permezz ta’ dan in-nies li huma morda bl-HIV ma jmutux mill-effetti qerrieda tagħha jew inkella dawn l-istess effetti jdumu iżjed ma’ joħorġu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0