L-Ispeaker: “Aġir li jammonta għal żvijar tal-uffiċjali tal-Parlament jekk mhux ukoll għal nuqqas ta’ ubbidjenza”

  • Diċ 05, 2019 11:51
  • Miktub minn iNews

    “Dak li ġara jista’ jammonta għal żvijar tal-istess uffiċjali tal-Parlament jekk mhux ukoll għal nuqqas ta’ ubbidjenza ta’ ordni tas-Sedja fil-binja tal-Parlament.” Hekk tisħaq Raymond Scicluna, l-iskrivan tal-kamra tar-Rappreżentanti, f’ittra indirizzata lill-Avukat Andrew Borg Cardona dwar ilment li dan tal-aħħar għamel fir-rigward tal-aċċessibbiltà għall-gallarija tal-pubbliku fil-Parlament matul l-aħħar seduti.

    L-istqarrija tkompli tgħid li filwaqt li Borg Cardona qal li safejn jaf hu għandu dritt jaċċedi għall-gallarija tal-pubbliku fil-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ppreċiża li l-Ordni Permanenti 165 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati, speċifikament tgħid li “Ebda barrani ma huwa ammess bi dritt”.

    L-Ispeaker innota wkoll li l-Ordni Permanenti 170 tagħti wkoll is-setgħa lil min ikun qed imexxi l-Kamra li “kull meta jidhirlu xieraq, jordna li l-barranin jirtiraw minn kull parti tas-Sala” li allura jagħtih il-jedd fuq jekk iħallix lill-pubbliku milli jkun preżenti waqt xi seduta.

    L-Ispeaker innota wkoll li fl-ittra tiegħu, Borg Cardona qal li flimkien ma’ ftit persuni oħra daħal fil-binja tal-Parlament għaliex xtaq jattendi għall-proċeduri tal-Kamra mill-gallarija tal-pubbliku. 

    “Is-Sedja hija informata mill-istess uffiċjali li kellmukom dakinhar li hekk kif dħaltu fil-binja ġejtu avżati li dan ma kienx possibbli fuq direttiva tas-Sedja u li ngħatajtu l-aċċess għall-binja bil-premessa li kellkom tmorru fil-kamra tal-Membri tal-Oppożizzjoni. L-Ispeaker għaldaqstant jinnota li dak li ġara jista’ jammonta għal żvijar tal-istess uffiċjali tal-Parlament jekk mhux ukoll għal nuqqas ta’ ubbidjenza ta’ ordni tas-Sedja fil-binja tal-Parlament, binja li huwa għandu kontroll tagħha taħt l-Att dwar is-Servizz Parlamentari.”

    L-istqarrija temmet tgħid li fl-aħħar nett l-Ispeaker irrimarka li għall-ewwel darba minn mindu ngħata l-kariga seba’ snin ilu kellu jirrikorri kontra qalbu għad-deċiżjoni li jagħlaq il-gallarija tal-pubbliku u li dan kien obbligat jagħmlu fid-dawl tal-inċidenti li kienu qed iseħħu matul l-aħħar seduti parlamentari fil-periferija tal-Parlament, anke bi ksur tal-Ordinanza dwar is-Setgħat u Privileġġi tal-Kamra, Kap. 113.

    “Dan il-fatt irrenda s-sitwazzjoni inkontrollabbli fir-rigward ta’ min seta’ jitħalla jidħol fil-Parlament. Huwa għalhekk informa lill-Kamra li din il-miżura temporanja, filwaqt li mhix applikabbli għall-ġurnalisti li f’kull ħin tħallew jaqdu d-doveri tagħhom mill-post assenjat għalihom fl-imsemmija gallarija, kellha tibqa’ fis-seħħ sakemm ikun aċċertat li l-obbligi li għandha s-Sedja lejn il-Kamra u l-membri tagħha jistgħu jiġu onorati,” temmet l-istqarrija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0