Inwasslu l-komunità lokali tar-Riżorsi Umani għal-livell li jmiss!

  • Diċ 05, 2019 10:24
  • Miktub minn iNews

    StreetHR dan l-aħħar tellgħet b’suċċess HR GIG oħra li reġgħet laqqgħet operaturi ewlenin tal-komunità lokali tar-riżorsi umani, mexxejja tan-negozju u intraprendituri f’sessjoni ta’ taħriġ prattika u informalili kienet segwita b’attività soċjali.  

    Numru ta’ organizzazzjonijiet magħżula apposta li jvarjaw minn għaqdiet mhux governattivi sa kumpaniji privati u pubbliċi, primarjament Dr Klown, il-Korp tal-Pulizija, Enemed, il-Grupp Corinthia u Vodafone, qasmu l-istejjer ta’ suċċess tagħhom fir-raba’ edizzjoni ta’ dan l-avveniment bit-titlu ‘Values in Action’. L-organizzazzjonijiet kollha qasmu ma’ xulxin x’jagħmlu biex jgħixu l-valuri tagħhom, mill-proċess tal-identifikar tal-valuri sat-twettiq tagħhom fil-prattika. Kull organizzazzjoni wriet modi differenti kif jista’ jsir dan u għaliex il-valuri mhux biss jgħinu fit-tfassil ta’ dak li tagħmel l-organizzazzjoni, imma wkoll fil-mod ta’ kif tagħmlu.

    Dan l-avveniment kien organizzat bi sħab ma’ SurgeAdvisory u bl-appoġġ tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Enemed. StreetHR hija kumpanija li toffri għajnuna integrata ta’ valur miżjud fir-Reklutaġġ, it-Taħriġ u l-Iżvilupp, u fis-Servizzi Esterni tar-Riżorsi Umani Strateġiċi.

    L-HR GIG li jmiss hi ppjanata għall-24ta’ April 2020!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0