Mill-industrija tal-films għal dik tal-kostruzzjoni u l-moda … investimenti “Maltin” mill-Vatikan

  • Diċ 05, 2019 10:10
  • Miktub minn iNews

    Huma bosta li jisħqu li d-dinja timxi fuq il-flus. U l-Vatikan jidher li mhux estranju mid-dinja tal-finanzi, anzi! Artiklu dettaljat tal-ġurnal Taljan Corriere della Sera juri kif tramite kumpanija ta’ investimenti bbażata f’pajjiżna, Centurion Global Fund, il-Vtikan kien involut f’diversi investimenti sostanzjali li jvarjaw mill-industrija tal-films, għal dik tal-moda, u kif ukoll għal dik li tikkonċerna l-enerġija.

    Wieħed mill-aktar investimenti li jispikka huwa dak li jikkonċerna lill-kumpanija “Italia Independent”, kumpanija fis-setur tal-moda li taqa’ fil-portafoll tan-negozjant Lapo Elkann. Corriere della Sera rrapportat li l-fond Centurion, immexxi mit-Taljan Enrico Crasso, xtara ishma fil-kumpanija ta’ Lapo għall-valur ta’ €2.35 miljun. Dan wassal biex il-Vatikan issa jikkontrolla madwar 25% tal-kumpanija, bil-valur kumplessiv tal-ishma jammontaw għal €6 miljun.

    Iżda dan mhux biss. Il-Corriere tanalizza wkoll kif flus il-Vatikan ġew investiti wkoll fix-xiri ta’ 14% tal-kumpanija New Deal, li tikkontrolla 11.7% tal-kumpanija tal-ġugarelli Giochi Preziosi, tan-negozjant Taljan Enrico Preziosi.

    Crasso għamel investa wkoll flus il-Vatikan fl-industrija tal-gass, l-enerġija u tal-ilma. Fost l-oħrajn jispikka l-investiment ta’ €1.27 miljun għax-xiri ta’ 10% tal-ishma tal-kumpanija Abbassalebollette. Fir-rigward ta’ dan l-investiment, Il Coriere della Sera tqanqal dubji, hekk kif tisħaq li matul l-2018, il-kumpanija mhux talli ma għamlitx profitt, iżda talli rreġistrat telf ta’ madwar €40,000.

    Il-ġurnal Taljan ikompli jirrapporta li Centurion għamlet ukoll investimenti fl-industrija tal-kostruzzjoni u l-proprjetà, hekk kif ħadet il-kontroll tal-kumpanija ABB għal €16-il miljun. Dan apparti investimenti oħrajn, fosthom fil-kumpanija Bdm Costruzioni e Appalti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0