“Fi żminijiet sensittivi bħal dawn għandna noqogħdu attenti li ma nimxux bl-emozzjoni biss, imma nfittxu l-għaqda nazzjonali”

  • Diċ 05, 2019 08:51
  • Miktub minn iNews

    “Fi żminijiet sensittivi bħal dawn għandna noqogħdu attenti li ma nimxux bl-emozzjoni biss, imma nfittxu l-għaqda nazzjonali.” Hekk saħqet il-Membru Parlamentari Ewropea Laburista josianne Cutajar f’riflessjoni li ppubblikat fuq il-midja soċjali fir-rigward tal-avvenimenti li kkaratterizzaw lill-pajjiż matul dawn l-aħħar jiem.

    Filwaqt li saħqet li huwa fl-interess tal-pajjiż li l-familji jkomplu b’ħajjithom normali fis-sigurtà u bis-serħan tal-moħħ li f’pajjiżna teżisti ġustizzja u li din taħdem għal kulħadd l-istess, Cutajar tenniet li “lil hinn mill-għagħa, iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom għandhom iġegħluna nirriflettu.”

    Hija saħqet li minn dejjem kellha fiduċja fix-xogħol li jwetqu l-forzi nazzjonali flimkien ma’ entitajiet internazzjonali, u l-iżviluppi tal-aħħar jiem fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa riżultat ta’ dik il-ħidma, li ġiet anke rikonoxxuta mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew.

    Tenniet li minħabba li l-investigazzjonijiet tefgħu dawl fuq ċerti nuqqasijiet li setgħu seħħew, tajjeb li ntrefgħet responsabbiltà.

    Fl-istess waqt saħqet li ċ-ċirkostanzi preżenti juru li biex il-pajjiż ikompli miexi ’l quddiem jeħtieġ li jiġu mġedda l-istrutturi preżenti inkluż b’riforma kostituzzjonali.

    “Dan jista’ biss isaħħaħ id-demokrazija Maltija, li meta tqabbilha ma’ dik ta’ nazzjonijiet oħra li jmorru ferm iktar lura minn dak Malti, tat ħafna stabbiltà. Stabbiltà li jeħtieġ li mmantnu anke f’dan il-punt li wasalna fih li qed isejjaħ għal ċertu bidliet,” qalet Cutajar.

    Hija temmet tgħid li “bi ħsieb naraw x’għandhom ikunu l-passi li jmiss għal ġid tagħna fit-tul.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0