Fabio Paratici jiċħad spekulazzjonijiet fuq Ronaldo

  • Diċ 05, 2019 00:44
  • Miktub minn iNews

    Meta sar l-avveniment msejjaħ “Il Gran Gala del Calcio” fil-belt ta' Milan, tkellem id-direttur sportiv ta' Juventus Fabio Paratici dwar il-futur tal-attakkant internazzjonali Portugiż Cristiano Ronaldo, fejn qal li wara diversi spekulazzjonijiet li l-player jista' jitlaq lill-club, ċaħad dan kollu.
    Anzi Paratici ried jgħid li l-istilla Portugiża fadallu staġun ieħor sħiħ fil-kuntratt u qatt ma ħaseb li jitlaq lill-Bianconeri.

    Dawn ix-xnigħat kienu qed jingħadu fid-dawl tal-fatt li bħalissa l-player ta' 34 sena xejn m'hu qed ikun konsistenti fil-wirjiet tiegħu kemm fil-kampjonat kif ukoll fil-UEFA Champions League.
    Paratici qal li l-coach Maurizio Sarri tkellem mal-player u ċċara s-sitwazzjoni miegħu filwaqt li qallu li se jibqa' jkun fundamentali fil-pjani tiegħu.
    Ronaldo ingħaqad mal-Bianconeri fis-sajf tas-sena 2018 mingħand Real Madrid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0