“Diamonds of Fire” - spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika f’Bormla

  • Diċ 03, 2019 12:14
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif joqrob l-aħħar tax-xahar ta’ Novembru, Bormla tibda tipprepara biex għal sena oħra tiċċelebra l-festa titulari f’ġieħ Marija Immakulata, fejn il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet jinfirex bejn it-28 ta’ Novembru  u 8 ta’ Dicembru. 

    Bl-inizjattiva taċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, lura għas-sena 2006, f’Lejlet il-Festa beda jsir l-ispettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika bl-isem “Diamonds of Fire”. Minn dik is-sena ’l hawn dan l-ispettaklu kiber biex issa daħal sew fil-kalendarju tal-attivitajiet ċelebrattivi, b’mod speċjali ta’ dawk delettanti tan-nar. 

    Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali Bormla flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-istess Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, ser jerġa’ jsir dan l-ispettaklu, propju nhar is-Sibt, 7 ta’ Dicembru 2019. 

    Iż-żona li ser isir fiha hija Triq Polverista, li tiġi eżatt ftit ’il barra mill-Mina ta’ Santa Elena f’Bormla. Ix-xogħol ta’ sinkronizzar mal-mużika sar kollu mid-delettanti tan-nar Bormliżi li jiffurmaw l-Grupp Pirotekniku 8 ta’ Diċembru. Is-sistema wżata hija ‘Pyrodigit’ li ngħatat lill-organizzaturi minn ‘Pyroemotions’.

    Id-dilettanti kollha tal-logħob tan-nar huma mħeġġin biex għal sena oħra jattendu bi ħġarhom għal dan l-ispettaklu li se jkun qed isir nhar is-Sibt, 7 ta’ Diċembru 2019, mis-7.30p.m. ’il quddiem. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook