In-NATO tagħti bidu għas-summit 2019 ... jiddiskutu strateġiji militari, finanzjarji u ġeo politiċi

  • Diċ 03, 2019 09:46
  • Miktub minn Carmen Cachia

    Il-pajjiżi membri tan-NATO mil-lum se jinġabru f’Londra biex jikkommemoraw is-70 anniversarju ta’ din l-għaqda. Fl-1949 ir-Renju Unit kien wieħed mit-12-il pajjiż membru li waqfu n-NATO u Londra kienet il-belt magħżula li fiha nbnew l-ewwel kwartieri ġenerali.

    F’dan is-summit il-mexxejja tal-istati membri se jiddiskutu strateġiji biex isaħħu l-alleanza u kif se jkomplu jadattaw maż-żminijiet kurrenti. Il-lejla r-Reġina Eliżabetta II se tagħmel riċeviment speċjali għall-gvernijiet tan-NATO. Illum ukoll is-Segretarju Ġenerali, Jens Stoltenberg se jiddiskuti t-tema tal-infiq għall-qawwiet militari tal-pajjiżi membri.

    F’dawn il-laqgħat għolja mistenni li jintlaħaq ftehim dwar diversi miżuri fosthom għal aktar effiċjenza fl-operat tal-forzi tal-alleati, tqassim tal-ispazju li fih joperaw militarment u li jsir pjan ta’ azzjoni min-NATO kontra t-terroriżmu. 

    Il-mexxejja se jiddiskutu wkoll dwar deċiżjoni li hemm bżonn tittieħed rigward ir-relazzjonijiet bilaterali mar-Russja u l-futur tal-kontroll tal-armi. Fuq l-aġenda hemm ukoll il-kwistjoni taċ-Ċina li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qiegħda tissaħħaħ fil-kamp militari. 

    L-alleati huma mistennija wkoll li jeżaminaw il-progress li qiegħed isir fit-tqassim tal-infiq fost il-pajjiżi membri. Din kienet il-ħames sena konsekuttiva li kienet irreġistrata żieda fl-investiment tal-qawwiet militari tal-pajjiżi membri tan-NATO. L-Ewropej u l-Kanada huma mistennija jżidu n-nefqa tagħhom b’madwar €100 biljun sal-aħħar tal-2020 u titla’ għal €360 biljun sas-sena 2024.

    Esperti nazzjonali qalu li dan is-summit qiegħed isir f’perjodu pjuttost ta’ tensjoni u inċertezzi. Dan minħabba li fl-2014 kien iffirmat ftehim li kull pajjiż għandu jonfoq mill-inqas 2% tal-Prodott Gross Domestiku tagħhom fid-difiża militari, iżda dan ma sarx mill-membri kollha. 

    Riċentament il-President Amerikan, Donald Trump, ikkritika bl-aħrax, b’mod speċjali lill-Ġermanja li dejjem tirreġistra surplus fil-baġit tagħha, dawk il-pajjiżi membri li ma laħqux il-miri ta’ infiq miftiehma, fejn l-Ewropa rreġistrat nefqa 1.3% tal-PGD mentri l-Lussemburgu kien l-inqas wieħed b’0.55%. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook