Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia irrimarka li l-investigazzjoni tal-Pulizija b'rabta mad-droga li nstabet fuq żagħżagħ ħdejn l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) għadha għaddejja u għalhekk ma jkunx opportun li jagħti aktar tagħrif.
Huwa kien qed iwieġeb sensiela ta' mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li xtaqet tkun taf jekk l-arrest tagħhom kienx fuq il-kampus tal-ITS, kemm ġew arrestati, humiex studenti tal-ITS u jekk l-akkuża kontrihom hiex ta' pussess jew traffikar.
Il-Pulizija b'passi dwar rimi illegali f'barriera
Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Jose Herrera nforma lill-Parlament li l-Kummissarju tal-Pulizija ntalab jipproċedi fil-Qorti kontra s-sid jew l-operatur ta' barriera fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Misraħ fil-limiti ta' San Lawrenz.
Huwa spjega li wara investigazzjoni li għamlet l-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fil-barriera nstab li kien intefa radam bla permess u minkejja li nħarġet ordni biex dan jieqaf ir-radam baqa' jintefa fiha.
Herrera qal li minbarra li l-Pulizija ntalbet tieħu passi legali kontra s-sid jew l-operatur ittieħdu passi kontra s-sewwieqa tat-trakkijiet li daħħlu r-radam minkejja li kienu ġew infurmati li dak li kienu qed jagħmlu kien illegali.
Il-Ministru Herrera kien qed iwieġeb għal domanda tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li staqsih għala l-ERA qed tippermetti li l-imsemmija barriera tkompli taħdem illegalment.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.