''Mhux se nirreżenja!'' - Il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt is-seduta Parlamentari tal-lejla

  • Nov 20, 2019 18:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat warrab l-appelli li sarulu min-naħa tal-Oppożizzjoni biex jirriżenja hekk kif sostna li f'dan il-mument delikat il-pajjiż għandu bżonnu biex imexxih u mhux jabdika l-kariga.

    Huwa iddikjara dan fis-seduta parlamentari tal-Erbgħa filgħaxija li rat lill-Oppożizzjoni toħroġ 'l barra wara li nfurmaha li ma kienx se jkeċċi liċ-Chief-of-Staff tiegħu Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi.

    Kien wara li spiċċa l-ħin allokat għall-mistoqsijiet parlamentari li l-Ispijker Anġlu Farrugia staqsa jekk kienx hemm xi stqarrija ministerjali x'issir kif jagħmel f'kull seduta parlamentari.

    Kien hawn li qam il-Prim Ministru u informa lill-Parlament li wara li kkonsulta mal-investigaturi fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ntalab biex għalissa jżomm lura milli jagħti ċertu informazzjoni peress li għaddejjin dawk li sejjaħ “interrogazzjonijiet delikatissimi”.

    Fl-istess waqt wiegħed li fil-jiem u ġimgħat li ġejjin se jkun hemm seduti li fihom se jinforma lill-Parlament bl-iżviluppi li jkunu għaddejjin dwar dan il-każ u jkun jista' jwieġeb għall-mistoqsijiet tad-deputati.

    Fin-nuqqas tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li kien qiegħed il-Kroazja fuq xogħol konness mal-Partit tal-Popolari Ewropej, qam il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo li waqt li irringrazzjah talli informa lill-Parlament b'dawn l-iżviluppi staqsih jekk keċċiex jew hux se jkeċċi lil Schembri u lil Mizzi 

    Muscat irrimarka li huwa lest jaffronta l-mistoqsijiet fil-ġranet li ġejjin u saħaq li l-iktar ħaġa importanti li ħarġet fl-aħħar jiem kienet li l-istituzzjonijiet qed jagħmlu xogħlhom minkejja li ilhom jiġu ikkritikati.

    Huwa nsista li kemm l-Istat kif ukoll huwa ma jħarsu lejn wiċċ ħadd u saħaq li huwa dejjem ħa d-deċiżjonijiet waqt li żied li jekk xi darba ma jibqax imexxi l-PL għandu l-'imbarazzo della scelta' meta jiġi biex jaħtar is-suċċessur tiegħu.

    Kien hawn li semma kif f'dan il-mument delikat il-pajjiż għandu bżonn min imexxih u mhux min jabdika waqt li nsista li kien se jerfa' ir-responsabbiltajiet tiegħu fit-tajjeb u fil-ħażin.

    Huwa reġa' tenna li kien se jagħti l-informazzjoni kollha dwar il-każ-Caruana Galizia fil-jiem li ġejjin u li dan kien se jagħmlu mingħajr ma jippreġudika l-investigazzjonijiet.

    Arrigo reġa' qam u staqsih kienx se jkeċċi lil Schembri u lil Mizzi b'Muscat iwieġbu li huwa m'għandux informazzjoni li dawn kienu involuti fil-qtil u li kien se jieħu d-deċiżjonijiet ibbażati fuq il-fatti.

    Għal dan il-kliem Arrigo informa lill-Parlament li l-Oppożizzjoni kienet se toħroġ 'il barra bħala sinjal ta' protesta għal dan bis-seduta kompliet bil-membri tal-Gvern biss preżenti.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0