Tfajla tammetti li gidbet fi proċeduri dwar allegat stupru

  • Nov 20, 2019 15:13
  • Miktub minn iNews
"
    Tfajla ta’ 16-il sena ammettiet fil-Qorti li tat xhieda falza f’każ ta’ allegat abbuż sesswali marbut mas-sataniżmu.
     
    It-tfaja, li hija minn Marsaskala, stqarret li ma kinitx qalet il-verità meta xehdet bil-ġurament quddiem il-Maġistrat (illum Imħallef) Aaron Bugeja waqt proċeduri li fihom l-eks sieħeb tagħha kien akkużat bl-istupru ta’ qariba tat-tifla. Dan il-każ għadu għaddej.
     
    F’April hija kienet xehdet fil-każ tal-istupru kontra l-eks-għarus tagħha, u qalet lill-Qorti li l-allegazzjonijiet ma kinux minnhom. Iżda fl-aħħar jiem, it-tfajla kellha kriżi tal-kuxjenza fid-dawl tal-fatt li hija kienet gidbet taħt ġurament u dwar dan kienet tkellmet mal-pulizija.
     
    Quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud dalgħodu, l-Ispettur Oriana Spiteri akkużat lit-tfajla bi sperġur u li xehdet falz. L-akkużi jġorru magħhom piena sa ħames snin ħabs. Il-pulizija kienet ikkuntattjata mis-social worker tagħha.
     
    L-Ispettur Spiteri spjegat li t-tifla ma setgħetx torqod minħabba li kienet gidbet taħt ġurament. Sussegwentement it-tifla rrilaxxat stqarrija mal-pulizija fejn ammettiet li kienet gidbet taħt ġurament.
     
    Il-Maġistrat Joe Mifsud, li quddiemu tressqet it-tifla, qal li meta wieħed jakkuża persuna bi stupru mingħajr bażi hu reat serju, u bl-istess mod ikun qed jostor il-verità.
     
    “Hija kienet gidbet dwar l-eks għarus tagħha li stupra lil xi ħadd ieħor u ppruvat tgħattilu,” osserva l-Maġistrat Mifsud. Fl-istess ħin, huwa faħħar lit-tfajla talli semgħet mill-kuxjenza tagħha billi rrealizzat li kienet għamlet żball u mxiet ‘il quddiem. Waqt li sabha ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha, il-Maġistrat Mifsud illiberaha bl-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0