Heritage Malta takkwista "Santa Roża ta’ Lima", statwetta ta’ Melchiorre Cafà

  • Nov 20, 2019 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-okkażjoni tal-ewwel sena ta’ operazzjoni tal-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, kif ukoll fl-okkażjoni tal-akkwist tal-istatwetta ta’ Melchiorre Cafà bl-isem ‘Santa Roża ta’ Lima’, qed tiġi organizzata lecture dwar l-istess statwetta, ppreżentata mill-Professur Keith Sciberras.

    Dan l-avveniment huwa frott kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u d-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fi ħdan l-Università ta’ Malta, u ser isir nhar il-Ħamis, 28 ta’ Novembru, fis-6:30pm ġewwa l-MUŻA. Il-Professur Sciberras ser ikun qiegħed jiddiskuti l-istatwetta fil-kuntest tax-xogħol ta’ Cafà, kif ukoll fil-qafas iktar wiesa’ tal-istil Ruman Barokk. 

    Santa Roża ta’ Lima, li għexet bejn il-1586 u l-1617, saret l-ewwel qaddisa mara tal-Amerki f’April tal-1668. Għal din l-okkażjoni, l-istatwa tal-irħam ta’ din il-qaddisa, xogħol Cafà, ġiet murija fuq il-Kattedra ta’ San Pietru, direttament quddiem l-opra tal-arti ikonika ta’ Bernini, ġewwa l-Vatikan. 

    Melchiorre Cafà kellu jkun il-protagonist artistiku għal dan l-avveniment, iżda huwa miet traġikament seba’ xhur qabel il-Beatifikazzjoni tal-qaddisa, u għaldaqstant kien nieqes mill-ispettaklu efimeru kummissjonat mill-Ordni Dumnikana. 

    Il-protagonist reali dakinhar, madanakollu, kienet l-istatwa tal-irħam abjad tiegħu. 

    Wara l-Beatifikazzjoni, l-istatwa intbagħtet il-Peru, speċifikament Lima, biex timmarka l-qabar tal-qaddisa fl-istess Belt. Din kienet l-ewwel darba li statwa monumentali tal-istil Ruman Barokk ivvjaġġjat daqshekk ‘il bogħod mill-Vatikan. Melchiorre Cafà ħadem ukoll fuq numru ta’ statwetti iżgħar li jirriproduċu l-oriġinali, din id-darba mil-bronż. L-isbaħ waħda minn dawn, magħmula mill-bronż imdieheb u l-fidda, għadha kemm ġiet akkwistata minn Heritage Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0