Inawgurat id-Data Centre ewlieni tal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita

  • Nov 20, 2019 14:56
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri inawgura d-Data Centre ewlieni tal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita u l-pjattaforma internazzjonali li nediet l-istess kumpanijia b’rabta mal-Internet of Things. 

    Schembri qal li dan iċ-ċentru jikkumplimenta l-isforzi tal-Gvern li jkompli joħloq ambjent dinamiku li huwa milqugħ minn għadd ta’ organizzazzjonijiet u dan sabiex jadottaw għal kunċetti ġodda kif ukoll jadattaw għal bidliet fix-xenarju li qed isiru b’rata mgħaġġla meta wieħed iħares lejn ekonomiji oħra. “Melita huwa każ li ta’ min wieħed iħares lejh – kumpanija tat-telekommunikazzjoni li flimkien ma’ oħrajn qed tħaddan il-viżjoni tal-Gvern fis-settur diġitali. Dak li xi darba kien sit għan-NATO issa nbidel f’data centre tal-ogħla livell li se jadatta għal dan is-settur fiż-żmien li qed ikunu esperjenzati bidliet kbar”, qal Silvio Schembri.

    Is-Segretarju Parlamentari rrefera għall-aħħar informazzjoni ppubblikata mill-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni dwar s-servizzi elettroniċi tal-kommunikazzjoni li uriet żieda fl-abbonamenti għas-servizzi kollha u għalhekk dawk li jipprovdu dan is-servizz iridu jissaħħu iżjed sabiex iservu aħjar lill-pubbliku. “Fl-isfond li qed jiżdiedu l-abbonamenti u l-użu tal-mobile broadband data, l-inizjattiva tal-investiment sostanzjali tal-Melita tirrifletti l-impenn ta’ kumpanija li tagħti dan is-servizz sabiex tkun f’pożizzjoni aħjar li tilqa’ għad-domandi tal-futur”, qal Silvio Schembri.

    “Bħala Gvern nemmnu li li nixprunaw l-innovazzjoni kif ukoll li nħaddnu kunċetti ġodda teknoloġiċi huma t-triq ‘il quddiem għas-settur privat f’dawn iż-żminijiet li ġejjin. F’dan il-każ, it-telekommunikazzjoni, u hawn il-kumpaniji tat-telekommunikazzjoni huma sħab importanti biex nibqgħu minn ta’ quddiem nett f’din ir-revoluzzjoni diġitali. Ngħid prosit hawn lil Melita għal din il-kisba bħala parti mill-isforzi tagħhom li jpoġġu lill-klijent fiċ-ċentru tal-operat kif ukoll lill-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni li tara li tirregola s-settur b’mod diliġenti kif ukoll hija miftuħa għal ideat ġodda”, qal is-segretarju parlamentari.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ Melita Harald Roesch spjega kif Melita investiet ammont sostanzjali fl-infrastruttura u llum għandna waħda mill-iktar konnettività b’saħħitha fl-Ewropa li tpoġġi lil Malta bħala l-unika pajjiż li fuq livell nazzjonali NB-IoT, gigabit internet u 4.5G mobile networks. L-investiment se jkollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija Maltija kif deher minn stħarriġ tal-EY li wera li 72% ta’ dawk li ħadu sehem qalu li l-infrastruttura tat-telekommunikazzjoni kien fattur importanti għalfejn investew hawnhekk. Dan ir-riżultat huwa xi ħaġa li għandna għalxiex inkunu kburin li nistgħu nużaw it-teknoloġija tagħna f’setturi marbuta mal-IoT sabiex inbiddlu negozju Malti li jkun jista’ joffri servizzi tiegħu fuq pjattaforma internazzjonali.

    It-tlestija ta’ żewġ investimenti minn Melita Limited se jara l-kumpanija tikber fil-qasam tal-B2B b’mira partikolari tkun lejn il-konsumatur internazzjonali. Il-faċilità l-ġdida se tagħti lill-klijenti  servizz tal-ogħla livell kif ukoll it-tnedija ta’ pjattaforma ta’ konnettività marbuta ma’ servizzi ta’ Internet of Things madwar l-Ewropa. Id-Data Centre ewlieni ta’ Melita li jinsab fil-limiti tal-Madliena huwa mifrux fuq medda ta’ art ta’ 10,000 metru kwadru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0