Il-kampanja Uman, Bħalek tniedi ‘Ħrejjef ta’ Veru’ - ktieb tat-tfal dwar it-traffikar uman

  • Nov 20, 2019 14:47
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi ppubblika ktieb għat-tfal tal-iskejjel primarji dwar it-traffikar uman. L-inizjattiva saret bħala parti mill-kampanja edukattiva dwar it-traffikar  - Uman, Bħalek – fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal. L-għan ta’ din il-pubblikazzjoni huwa li xxerred għarfien dwar it-traffikar uman filwaqt li tħeġġeġ lit-tfal jipproteġu ruħhom minn dan ir-reat ikrah. 

    Ħrejjef ta’ Veru nkiteb mill-awtur Malti Trevor Zahra u ġie mniedi llum fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Kirkop. L-istorja, li ġiet maqluba għall-Ingliż minn Prof Clare E. Vassallo, tiġbor rakkonti dwar karattri popolari mat-tfal li jgħaddu minn esperjenzi ta’ moħqrija u sfruttament. Ġiet imħejjija wkoll gwida għall-għalliema u l-ġenituri maħsuba sabiex tgħinhom jassistu lit-tfal meta jkunu qed jaqraw din l-istorja. 

    It-tnedija tal-ktieb ġiet organizzata flimkien mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li animat il-qari għat-tfal tar-raba, il-ħames u s-sitt sena. Flimkien mal-prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu Paul Debono, u mal-kap tal-Iskola Josette Cassar, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli żaret lill-istudenti u attendiet għall-animazzjoni tal-istorja. Hija ddeskriviet din l-inizjattiva bħala għodda effettiva sabiex nrawmu aktar kuxjenza mhux biss fost it-tfal, iżda wkoll fost il-ġenituri li jkunu qed isegwu t-tagħlim ta’ wliedhom.

    ‘Il-Jum Dinji tat-Tfal ma għandux ikun ċelebrazzjoni ta’ ġurnata waħda. Inkunu qed nonqsu lill-adulti ta’ għada jekk ma nrawmux fihom il-valuri tad-dinjità ta’ kull persuna. Il-kampanja Uman, Bħalek hija proprju mibnija fuq dak il-prinċipju li ħadd ma għandu jedd ijassar lil xi ħadd ieħor,’ qalet is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli meta kienet qed tiltaqa’ mal-amministrazzjoni tal-iskola u l-għalliema.  

    L-istudenti kellhom l-opportunità li jitkellmu mal-awtur Trevor Zahra li ffirma numru ta’ kotba għat-tfal. Kopji tal-ktieb biż-żewġ lingwi ser ikunu qed jitqassmu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fil-libreriji tal-klassijiet tar-raba’ sena fl-iskejjel tal-istat, l-iskejjel privati u l-iskejjel tal-Knisja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0