Il-Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2020

  • Nov 20, 2019 13:59
  • Miktub minn iNews
"

    “Il-Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, u dan huwa l-isbaħ rigal li l-pajjiż jista’ jagħti lit-tfal kollha, permezz tal-introduzzjoni ta’ numru ta’ bidliet fil-liġi li se jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tat-tfal.” Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza Konferenza Nazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

    Din il-konferenza nazzjonali ttelgħet mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali fil-Jum Internazzjonali tat-Tfal, kif ukoll fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew li jfakkar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Esplojtazzjoni Sesswali u l-Abbuż Sesswali. 

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din il-Liġi se tkun qed titħaddem bi prinċipju kardinali li jesiġu li jkunu mħarsa bl-aħjar  mod possibli d-drittijiet tat-tfal. Dan permezz ta’ prinċipji legali li bis-saħħa tagħhom min għandu obbligu jħares id-drittjiet tat-tfal issa ser ikun legalment marbut li jagħmel dan u jrid jagħti spjegazzjoni għal kull ħaġa li jagħmel.

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif dan il-Gvern għandu l-kurraġġ jieħu d-deċiżjonijiet fl-aqwa interess tat-tfal, u dan jagħmlu bil-fatti. Il-Prim Ministru rrifera għad-deċiżjoni li ttieħdet li żgħażagħ ta’ sittax il-sena jingħataw dritt għall-vot, u tkellem dwar il-bżonn ta’ diskussjoni fuq livell Nazzjonali dwar l-eta’ obbligatorja għall-iskola. 

    Il-Prim Ministri fakkar li dawn il-bidliet qed isiru fi sfond fejn il-Gvern qed ikompli jinċentiva lill-familji permezz ta’ żidiet fiċ-children’s allowance, eżamijiet bla ħlas, u  introduzzjoni tal-in-work benefit, fost oħrajn.

    Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li qed jistenna bil-ħerqa l-introduzzjoni tal-liġi fil-bidu tas-sena d-dieħla  biex tiġi inkorporota l-Konvenzjoni  tal-United Nations Conventions on the Rights of the Child bħala parti integrali tal-Liġijiet domestiċi.

    “Għalhekk issa nistgħu nħarsu lejn il-konvenzjoni bħala għodda legali, politika u anke prattika fejn jidħol il-ħarsien tat-tfal”, stqarr il-Ministru Michael Falzon.

    Qal ukoll li din il-Konvenzjoni se tkun qed isservi wkoll bħala gwida politika, u l-Ministeru flimkien mal-istakeholders kollha ewlenija, fosthom l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal, se jkomplu jassiguraw illi d-drittijiet tat-tfal qed jissaħħu.

    Il-Ministru Michael Falzon għamel referenza wkoll għall-fatt li naqsu b’6000 dawk il-persuni taħt it-tmintax il-sena f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, dan meta wieħed iqabbel is-sena 2018 mas-sena 2013.

    Intant, din il-konferenza nazzjonali kienet indirizatta wkoll mill-Kummisarju għat-Tfal, Pauline Miceli, iċ-Chairperson tal-Kumitat Lanzarote George Nikolaidis, u t-Terapista tal-Familja Charles Azzopardi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0