Immigrazzjoni: "Diskrepanzi kbar bejn l-għanijiet u r-riżultati tanġibbli"

  • Nov 20, 2019 13:54
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Leo Brincat, ir-rappreżentant Malti fi ħdan il-Qorti Ewropeja tal-Awdituri: "Hemm bżonn ta' iktar sinerġija bejn entitajiet, aġenziji u stati membri"

     

    Il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropeja fuq l-immaniġġjar tal-immigranti, kif ukoll l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tagħhom, mhuwiex qiegħed jilħaq il-livelli stabbiliti mill-istess Kummissjoni. Dan qiegħed iwassal għal pressjoni fuq l-Awtoritajiet fi ħdan l-istati membri, kif ukoll l-aġenziji differenti Ewropej.

    Jistqarr dan rapport tal-Qorti Ewropeja tal-Awdituri, li kien ippubblikat iktar kmieni dan ix-xahar, li eżamina s-sitwazzjoni taċ-ċentri li hemm fi ħdan il-Greċja u l-Italja. 

    Ir-rappreżentant Malti fi ħdan il-QEA, Leo Brincat, li kien ukoll l-Uffiċjal responsabbli mit-tnedija ta' dan ir-rapport, tenna kif dan ir-rapport kien qiegħed jagħti ħarsa b'mod ġenerali lejn is-sitwazzjoni f'dawn iż-żewġ pajjiżi "li jinsabu fl-epiċentru tal-ipproċessar tal-immigranti minn pajjiżi terzi, kif ukoll lejn id-dinamika tal-migrazzjoni kif adoperata mill-Unjoni Ewropeja. L-almu tagħna mhix li nagħtu xi ġudizzju fuq il-politika minnha nnifisha tal-Unjoni Ewropeja, iżda speċifikament fuq l-effiċjenza u l-effettivita ta' din il-politika, speċjalment mill-aspett finanzjarju."

    "Dan ir-rapport mexa fuq rapport simili li kien magħmul mill-istess Qorti fl-2017, fejn eżaminajna jekk ir-rakkomandazzjonijiet li saru kinux ġew applikati jew le. Milli sibna, filwaqt li l-Greċja u l-Italja żiedu l-kapaċita tagħhom biex jilqgħu l-problema,  l-applikazzjoni tal-proċess kien wieħed differenti. Fil-fatt, l-ammont ta' applikazzjonijiet li seħħew kien wieħed ferm iżgħar minn dak mistenni u stabbilit oriġinarjament mill-Kumissjoni Ewropeja."

    Brincat saħaq li ċertu skemi elenkati mill-Unjoni Ewropeja "minnhom nfushom kienu diġa problematiċi huma u jiġu maħluqa, aħseb u ara meta ġew fl-implimentazzjoni tagħhom. Sibna li numru ta' proġetti relatati mal-Immigrazzjoni ma laħqux il-miri tagħhom. Apparti hekk, il-Kummissjoni Ewropeja ma kienet qegħda tiġbor l-ebda informazzjoni waqt li dawn il-proċessi kienu qegħdin jiġu mwettqa, biex tikkoreġi lilha nnifisha fl-iktar ħin fis possibbli." 

    "Bħala Qorti, qegħdin nerġgħu nisħqu fuq il-bżonn ta' sinerġija bejn entitajiet, aġenziji u stati membri. Għamilna rakkomandazzjonijiet prattiċi, mingħajr ma estendejna barra mill-eżitu tagħna. L-għan ta' dan ir-rapport fl-aħħar mill-aħħar mhux kemm intefqu flus bħala ammont, iżda jekk l-infiq kienx wieħed effikaċi u effettiv."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0