MFA: Il-kuntratt tal-coach nazzjonali mhux se jiġi mġedded

  • Nov 20, 2019 10:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kuntratt tal-coach naz­zjonali Ray “Żażu” Far­rugia mhux se jiġġedded hekk kif se jintemmlu fl-aħħar ta’ din is-sena.

    Stqarrija maħruġa mill-MFA tgħid li wara li t-team nazzjonali temm l-impenji tiegħu fil-Euro 2020, nhar it-Tlieta li għadda ltaqa’ l-Bureau tal-Assoċjazzjoni, fejn ġie deċiż li l-kuntratt ta’ Ray Farrugia ma jiġix imġedded meta jintemmlu, fil-31 ta’ Diċembru ta’ din is-sena.

    Fl-istess waqt, l-MFA xtaqet tirringrazzja lil Farrugia u lill-istaff tekniku tiegħu, jiġifieri, l-assistent coach Branko Nisevic, it-tieni assistent Ronald Vella, il-coach tal-goalkeepers Charles Sciberras u l-coach tal-fitness, Luca Pagani.

    Fl-imgħoddi, l-istess Farrugia okkupa żewġ karigi mal-MFA, dik coach ta’ Taħt il-21 sena dik ta’ assistent coach tat-team nazzjonali tal-kbar.

    Sadanittant, l-MFA tinsab f’ħidma kontinwa biex timplimenta sensiela ta’ proġetti mmirati biex itejbu l-livell tas-selezzjonijiet nazzjonali permezz ta’ titjib ta’ żvilupp tal-football  f’konformitá ma’ programm strateġiku fit-tul, imsejjes riċentement mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni.

    It-tliet proġetti ewlenin relatati mal-iżvilupp tekniku huma:

    1. Il-ħolqien ta’ team professjonali li se jikkompeti f’kampjonat barrani professjonali. 

    2. It-twaqqif tal-Fondazzjoni “Inħobb il-Football”. Din se tkun struttura ġdida li torganizza u tappoġġa  l-football fil-livell bażiku (grassroots) u taż-żgħażagħ kif ukoll tagħti kontribut lil-komunitá permezz tal-football.

    3. Tiddefinixxi strateġija aktar b’saħħitha fil-livelli kollha tat-timijiet nazzjonali.

    Fil-futur qrib se tingħata aktar informazzjoni dwar il-proġetti u riformi ġodda li se jiġu mplimentati mill-Assoċjazzjoni li se jidħlu fis-seħħ, f’Jannar li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0